Monday, November 11, 2024

Iktar minn 12-il uffiċjal tal-pulizija Ingliża ħatja ta’ abbużi sesswali u vjolenza domestika

Aqra wkoll

Huwa stmat li f’inqas minn sentejn iktar minn 12-il uffiċjal tal-Pulizija Metropolitana nstabu ħatja li wettqu reati serji, bil-maġġoranza tagħhom ikunu abbużi sesswali jew vjolenza domestika fuq in-nisa.

Intant, il-ġimgħa li għaddiet ġie żvelat kif il-Pulizija rċevew madwar 700 telefonata f’temp t’24 siegħa fejn ġew allegati li uffiċjali tal-pulizija wettqu abbużi sesswali u vjolenza domestika.

Riċentament, l-eks uffiċjal PC David Carrick ammetta li hu ħati ta’ 49 akkuża li ġew miġjuba kontrih: fosthom li bejn l-2003 u l-2020 wettaq 24 att ta’ stupru fuq 12-il mara differenti. Carrick ġie arrestat f’Ottubru tal-2021 u sussegwentement tkeċċa mill-Korp.

Dan il-każ kompla nissel iżjed biża’ fost in-nies, b’bosta persuni li huma tal-fehma illi matul din is-sena iktar membri tal-Korp tal-Pulizija se jkomplu jinstabu ħatja li wettqu atti kriminali.

Il-Pulizija Metropolitana bħalissa tinsab għaddejja b’iktar investigazzjonijiet dwar dan is-suġġett, fejn qed tevalwa iktar minn 1,500 każ dwar allegazzjonijiet ta’ abbużi sesswali u vjolenza domestika li fihom huma involuti uffiċjali tal-pulizija stess.

Sport