Wednesday, July 24, 2024

Ikunu magħrufa s-semifinalisti tal-kampjonat Premier

Minn Kenneth Vella

Aqra wkoll

Bejn il-Ġimgħa filgħaxija u l-Ħadd filgħodu fil-korsa tal-Marsa saru l-25 u s-26 laqgħa tas-sena. Fost l-oħrajn spikkaw l-erba’ heats mill-kampjonat Prix De Vincennes għal żwiemel Franċiżi tal-klassi Premier fuq distanza qasira ta’ 2140m. Minn dawn 24 żiemel għamluha għas-semifinali.

Fl-ewwel heat Premier, id-debuttant Calimero Du Thiole (Rodney Gatt) akkwista l-ewwel rebħa f’Malta wara li mar quddiem 400m mil-linja finali. Il-popolari Crack Money (Paul Galea) irritorna għar-rebħ wara li żied fil-ġiri matul l-aħħar dawra tat-tieni heat. Għalih din kienet it-tieni rebħa staġjonali.

Kif mistenni fit-tielet heat, kien Dreamer Boy (Paul Galea) li qasam il-linja finali l-ewwel bla tbatija biex ħa t-tieni rebħa nfila u t-tielet tas-sena. Dan iż-żiemel ġej mill-istess stalel ta’ Crack Money, dawk ta’ Steven Ciangura. L-aħħar metri tar-raba’ u l-aħħar heat Premier kienu ferm kumbattuti b’Espoir D’Elphigny (Rodney Gatt) jirnexxilu jieħu l-ewwel rebħa tas-sena bi ftit minn Easy Maza (Kersrtin Galea).

Ir-rebbieħa kollha

Il-Ġimgħa

I Tiġrija. Heat Prix De Cagnes Sur Mer. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Fighter Perrine (Cherise Farrugia) Ħin – 2.45” (1.17.1”) 2. Islandais (J. Gafa’) 3. Helice Du Parc (R. Gatt) 4. Jaguar Spirit (J. Farrugia)

II Tiġrija. Heat Prix De Cagnes Sur Mer. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Falkanor (Cherise Farrugia) Ħin – 2.44.5” (1.16.8”) 2. Bonus De Juigne (M. Grech) 3. Heros De Claivince (Ch. Camilleri) 4. Girondin (Ch. Xerri)

III Tiġrija. Heat Prix De Cabourg. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Hanouchka (Cherise Farrugia) Ħin – 2.42” (1.15.7”) 2. Dessert Compris (N. Baldacchino) 3. Everest De Kacy (J. Buttigieg) 4. Derby Speed (N. Cauchi)

IV Tiġrija. Heat Prix De Cabourg. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Durfan (Ch. Camilleri) Ħin – NTR 2. Fighter Jihaime (R. Polidano) 3. Emeraude Jiji (N. Barbara) 4. Exit Angot (A. Farrugia)

V Tiġrija. Heat Prix De Cabourg. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Envol The Best (N. Baldacchino) Ħin – 2.41.7” (1.15.6”) 2. Ezabiau Du Goulet (M. Ellul) 3. Vangiskan Scott (L. Zammit) 4. Gamin De Larre (J. Carabott)

VI Tiġrija. Heat Prix De Cabourg. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Diamant Du Ruel (J. Gafa’) Ħin – 2.40.1” (1.14.8”) 2. Gabin Sellois (R. Magro) 3. Egerie Du Puy (P. Galea) 4. Equateur Mauzun (Cherise Farrugia)

VII Tiġrija. Heat Prix De Cabourg. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Cekito De Jupilles (R. Magro) Ħin – 2.42.9” (1.16.1”) 2. Diablo de Forgan (C. Caruana) 3. Embleme Castelets (J. Axisa) 4. Fast And Good (N. Baldacchino)

VIII Tiġrija. Heat Prix De Cabourg. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Hermes Du Pressoir (L. Frendo) Ħin – 2.39.3” (1.14.4”) 2. Evita D’Estree (A. Farrugia) 3. Fiasco Du Gaultier (J. Carabott) 4. Alinea (C. Vassallo)

IX Tiġrija. Heat Prix De Cabourg. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Gawani Du Bocage (A. Farrugia) Ħin – 2. 40.8” (1.18.1”) 2. Equiflash Gioia (J.P. Polidano) 3. Gaston De L’Ante (C. Caruana) 4. Cash De Beauregard (M. Ellul)

Il-Ħadd

I Tiġrija. Heat Prix De Cagnes Sur Mer. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Gypsa Bella (S. Cassar) Ħin – 2.42” (1.15.7”) 2. Good Buzz (K. Galea) 3. Idillico Sarr (J. Scerri) 4. Gamin De Source (P. Galea)

II Tiġrija. Heat Prix De Cagnes Sur Mer. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Haquitin (N. Baldacchino) Ħin – 2.43” (1.16.2”) 2. Dieu D’Occagnes (P. Galea) 3. Friend (N. Azzopardi) 4. Erromanga (Cherise Farrugia)

III Tiġrija. Heat Prix De Cagnes Sur Mer. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Imperial Du Stade (R. Gatt) Ħin – 2.41.3” (1.15.4”) 2. Ilona Park (D. Cortis) 3. Chibairo D’Iraty (J. Pace) 4. Fangio Du Bocage (R. Magro)

IV Tiġrija. Heat Prix De Vincennes. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Calimero Du Thiole (R. Gatt) Ħin – 2.40.6” (1.15”) 2. Dragster De Bomo (P. Galea) 3. Express De L’Iton (Cherise Farrugia) 4. Doosty (N. Baldacchino) 5. Elan Baroque (L. Ghigo) 6. First Dream (Ch. Camilleri)

V Tiġrija. Heat Prix De Vincennes. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Crack Money (P. Galea) Ħin – 2.38.1” (1.13.8”) 2. Doudou De Bouere (J.C. Pace) 3. En Toi J’Espere (Cherise Farrugia) 4. Djembe Du Pont (M. Mizzi) 5. Call Jack (L. Ghigo) 6. Escoublac (Ch. Muscat)

VI Tiġrija. Heat Prix De Vincennes. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Dreamer Boy (P. Galea) Ħin – 2.38” (1.18.9”) 2. Diablo D’Herfraie (R. Gatt) 3. Disco D’Occagnes (N. Baldacchino) 4. Formi (J. Schembri) 5. Estournel Mouriez (J. Gafa’) 6. Elixir Du Bocage (Ch. Camilleri)

VII Tiġrija. Heat Prix De Vincennes. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Espoir D’Elphigny (R. Gatt) Ħin – 2.39.1” (1.14.4”) 2. Easy Maza (K. Galea) 3. Ellington Dream (Ch. Camilleri) 4. Iron De Ginai (Ch. Degiorgio) 5. Forrest Gede (C. Refalo) 6. Cristal Jihaime (Ch. Gauci)

VIII Tiġrija. Heat Prix De Cagnes Sur Mer. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Flash Picken (N. Baldacchino) Ħin – 2.45” (1.17”) 2. Hola Coquine (J. Carabott) 3. Express Novo (C. Caruana) 4. Emeraude De Bougy (P. Galea)

Ekonomija

Sport