Wednesday, July 24, 2024

Premier League Ingliż: Arsenal jitilgħu fl-ewwel post

Aqra wkoll

Arsenal reġgħu telgħu fl-ewwel post tal-klassifika tal-Premier League Ingliż meta marru f’Old Trafford u għelbu lil Manchester United bl-iskor ta’ 1-0. 

Din ir-rebħa waslet wara 18-il sena izda waslet fil-mument opportun hekk kif ħadu l-kmand tal-klassifika biex baqgħu fl-isfida għar- rebħ tat-titlu meta fadlilhom partita waħda, dik f’dar­hom kontra Brighton. 

Bħalissa huma jinsabu punt fuq Manchester City li għada jridu jmorru għand Tottenham Hotspur min­ħabba li jridu jirkupraw par­tita, bl-aħħar waħda tkun dik f’darhom kontra West Ham. 

L-ironija tal-mistoqsija hija kemm Spurs se jkunu ka­paċi “jgħinu” lir-rivali eterni Arsenal u jegħlbu lis-Citizens wara li r-rivali tal-istess Manchester City, Manchester United, sfaw megħluba f’darhom mill- Gunners. 

Intant, għall-kronaka, minkejja li Arsenal ma kienux fl-aqwa tagħhom, ir-Red Devils qatt ma daħlu fil-logħba u rari mpenjaw lill-goalkeeper avversarju. 

Dan ifsser ukoll li lanqas se jikkompetu fil-UEFA Europa League jekk ma jirb­ħux il-finali tal-FA Cup kontra Manchester City. 

L-uniku goal tal-partita wasal fil-21 minuta, meta Casemiro żamm lil Kai Havertz onside li ġera mal- linja u xeħet cross fil-baxx fejn daħal Leandro Trossard li rtokka l-ballun għal ġox- xibka.

Ekonomija

Sport