Illum, it-Tnejn 27 ta’ Ġunju fis-7:30 p.m. fil-Knisja Parrokkjali Santwarju tal-Madonna tas-Sacro Cuor, is-Soċjetà Filarmonika “Sliema”, flimkien mal-Kummissjoni Festi Parroċċa Santwarju Madonna tas-Sacro Cuor, tippreżenta Programm Vokali u Mużikali tal-Festa mill-Banda Ċittadina “Sliema”, taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Mro Lesley Tabone.
Jieħdu sehem it-Tenur Angelo Muscat, il-Baritonu Ivan Vella u l-kantanti Victorio Gauci u Nicole Hammett, u l-Kor Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor — immexxi minn Mro Lesley Tabone. Tippreżenta s-Sinjura Antoinette Falzon.
Dan il-programm qed jittella’ bil-koperazzjoni tas-Sur Manuel Ellul, il-Komunità Franġiskana u l-Kunsill Lokali Tas-Sliema.
Il-programm:
- Olympic Fanfarre: John Williams, arr. James Curnow
- Eulogy: Neville Pace
- Ave Maria: William Gomez arr. Twanny Borg (tkanta Nicole Hammett)
- Concerto Aranjuez: Joaquin Rodrigo, arr. Aurelio Belli (kurunettista solista: Mark Saliba)
- March with Me: Vangelis, arr. Alfred Farrugia (tkanta Nicole Hammett)
- L-Innu l-Kbir “Lis-Sultana tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù”: kliem ta’ Luigi Billion u mużika Mro Ferdinando Camilleri (bis-sehem tat-Tenur Angelo Muscat, il-Baritonu Ivan Vella u l-Kor tal-Parroċċa tal-Madonna tas-Sacro Cuor)
- Innu Popolari “Viva Dejjem”: Domenico Quercetti (ikanta Victorio Gauci)
- Inno “Sliema”: Cardenio Botti (tkanta Nicole Hammett)