Friday, May 3, 2024

L’Equipe Summer League: Leġġendarji u Spartans b’punti massimi

Aqra wkoll

Żewġ timijiet baqgħu jżommu punti massimi hekk kif intlagħbet it-tielet ġurnata ta’ L’Equipe Summer League fil-grawnd tal-Għargħur. Fil-fatt minn grupp B Leġġendarji AFC u Spartans għamluhom tliet rebħiet minn daqstant logħbiet sabiex għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari li jridu jaslu fil-fażi finali ta’ din il-kompetizzjoni.

Min-naħa l-oħra, is-sitwazzjoni fi grupp A tidher waħda ferm bilanċjata bl-ewwel sitt timijiet fil-klassifika distakkati b’punt wieħed biss.

Fil-partita tal-ġurnata u f’konfront dirett minn grupp A, ROA Brothers u Macedonia temmew il-konfront tagħhom fi dro ta’ 3-3. Riste Chulupanovski skorja doppjetta b’Filip iżid ieħor għal Macdonia. Raul Moraru, Petrut Socaciu u Radu Vlase jirrispondu għal ROA Brothers.

Anke FM Interiors naqsu milli jirbħu l-konfront tagħhom hekk kif setgħu jiġu fi dro ta’ 3-3 kontra Niupi FC. Fost l-oħrajn Essa Benatiya skorja doppjetta għal FM Interiors.

Flutter telgħu fl-ewwel post tal-klassifika wara rebħa bi tbatija ta’ 4-3 kontra Aston Birra filwaqt li Marsaskala kisbu l-ewwel tliet punti tal-istaġun wara li għelbu lil Ernst and Young 6-2. All Blacks ixxalaw u rebħu bl-iskor kbir ta’ 10-2 kontra Kanon Gaming, b’Masters R United li rebħu 2-1 lil De Fonseca.

Minn grupp B, Leġġendarji AFC ikkonfermaw il-qawwa tagħhom wara rebħa faċli ta’ 6-1 kontra Spurs. Protagonisti għal-liders tal-klassifika kienu Alessio Restuccia, Neil Micallef u Tareq El Makki li skorjaw doppjetta kull wieħed.

Spartans jinsabu bl-istess numru ta’ punti daqs Leġġendarji AFC wara suċċess ta’ 7-4 kontra La Famiglia. L-Ispartans kellhom lil Miroslav Vukas jiskorja tliet gowls b’Uros Djordjevic jjwettaq doppjetta.

Orthodox Wizards u Madballerz baqgħu jżommu l-pass wara rebħiet ta’ 21-10 u 5-3 kontra Azzurri u Dynamo Lynx rispettivament.

Patatanaikos rebħu 6-2 lil Pentasia b’Mapfre MSV Life li ħadu walk-over ta’ 5-0 kontra CFDS.

KLASSIFIKA – GRUPP A

Macedonia, ROA Brothers, FM Interiors, Flutter 7, All Blacks, Masters R United 6, Niupi FC, Marsaskala 4, De Fonseca 3, Ernst and Young, Aston Birra, Kanon Gaming 0.

KLASSIFIKA – GRUPP B

Leġġendarji AFC, Spartans 9, Orthodox Wizards, Madballerz 7, Spurs, Patatanaikos 4, La Famiglia, MAPFRE MSV Life, Dynamo Lynx, Azzurri FC 3, CFDS, Pentasia 0.

Sport