Wednesday, April 24, 2024

Il-Banda Ċittadina “Sliema” bi programm vokali u mużikali tal-festa

Aqra wkoll

Illum, it-Tnejn 27 ta’ Ġunju fis-7:30 p.m. fil-Knisja Parrokkjali Santwarju tal-Madonna tas-Sacro Cuor, is-Soċjetà Filarmonika “Sliema”, flimkien mal-Kummissjoni Festi Parroċċa Santwarju Madonna tas-Sacro Cuor, tippreżenta Programm Vokali u Mużikali tal-Festa mill-Banda Ċittadina “Sliema”, taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Mro Lesley Tabone.

Jieħdu sehem it-Tenur Angelo Muscat, il-Baritonu Ivan Vella u l-kantanti Victorio Gauci u Nicole Hammett, u l-Kor Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor — immexxi minn Mro Lesley Tabone. Tippreżenta s-Sinjura Antoinette Falzon.

Dan il-programm qed jittella’ bil-koperazzjoni tas-Sur Manuel Ellul, il-Komunità Franġiskana u l-Kunsill Lokali Tas-Sliema.

Il-programm:

  • Olympic Fanfarre: John Williams, arr. James Curnow
  • Eulogy: Neville Pace
  • Ave Maria: William Gomez arr. Twanny Borg (tkanta Nicole Hammett)
  • Concerto Aranjuez: Joaquin Rodrigo, arr. Aurelio Belli (kurunettista solista: Mark Saliba)
  • March with Me: Vangelis, arr. Alfred Farrugia (tkanta Nicole Hammett)
  • L-Innu l-Kbir “Lis-Sultana tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù”: kliem ta’ Luigi Billion u mużika Mro Ferdinando Camilleri (bis-sehem tat-Tenur Angelo Muscat, il-Baritonu Ivan Vella u l-Kor tal-Parroċċa tal-Madonna tas-Sacro Cuor)
  • Innu Popolari “Viva Dejjem”: Domenico Quercetti (ikanta Victorio Gauci)
  • Inno “Sliema”: Cardenio Botti (tkanta Nicole Hammett)

Sport