Thursday, November 21, 2024

Il-Bdil ta’ Residenza ta’ Tfal f’każijiet ta’ ċertu grad ta’ Parental Alienation

Aqra wkoll

Happy Parenting – Malta (For Happier Children) HPM4HC tinnota d-direzzjoni riċenti li ngħatat mill-Qorti Tal-Familja li ordnat it-tibdil ta’ residenza tat-tfal minn ma’ ġenitur għal mal-ġenitur l-ieħor.

Happy Parenting enfasizzat li tagħraf il-progress lejn forma ta’ struttura ta’ terapija speċjalizzata f’ċirkostanzi ta’ gradi differenti ta’ Parental Alienation.

  • Tirrikonoxxi l-isforzi u l-professjonalità tal-entitajiet involuti biex jiġi implimentat id-digriet tal-Qorti, partikolarment taċ-Child Protection Services fi ħdan l-FSWS, il-Vice Squad fi ħdan il-Korp tal-Pulizija, u l-Psikoterapisti speċjalizzati f’Parental Alienation, maħturin mill-Qorti.
  • Tieħu l-opportunità biex tisħaq dwar il-bżonn li l-professjonisti li jaħdmu mal-familji, partikolarment f’tali każijiet, jingħataw taħriġ speċjalizzat biex jgħinu lill-familja kollha. Hu meħtieġ iżjed investiment fil-professjonisti biex elementi ta’ Parental Alienation jiġu identifikati minn kmieni u idealment ma jitħallewx jeskalaw bħal ma ġara f’dan il-kas.
  • Appellat wkoll lill-Awtoritajiet biex jikkunsidraw li f’pajjiżna tinħoloq struttura professjonali li tkun tista’ toffri programm speċjalizzat f’ambjent sigur minn fejn tkun tista’ tiġi implimentata rijunifikazzjoni mat-tfal biex dawn ikunu jistgħu jerġgħu jibdew igawdu lill-ġenituri t-tnejn f’ħajjithom.
  • Fakkret li f’kas riċenti kontra Malta deċiż aktar kmieni din is-sena, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fi Strassburgu, sabet li Malta bħala stat, naqset mill-obbligazzjonijiet tagħha li tieħu l-passi kollha meħtieġa biex tassigura rijunifikazzjoni. Sakemm ma jkunx pruvat li jmur kontra l-interess tat-tfal, it-tfal għandhom dritt għaż-żewġ ġenituri u f’kas ta’ tfal aljenati, ix-xewqat tagħhom ma jistgħux ikunu ikkunsidrati bħala veto peress li tfal aljenati huma l-iprem avukati tal-ġenitur li jaljena. Il-Qorti Ewropea tad-drittijiet umani iddikjarat li l-kas mar kontra l-Artiklu 8 tal-konvenzjoni  – ksur ta’ dritt tar-rispett għal “ħajja privata u tal-famija, d-dar u korrispondenza tiegħu.” 

Sport