Monday, November 11, 2024

Il-bejgħ ta’ Manchester United irid jitlesta sal-aħħar ta’ April

Aqra wkoll

Hu mihum li tmien gruppi jinsabu f’taħditiet ma’ Manchester United dwar it-tmexxija futura tal-club. 

Rappreżentanti għal Sheikh Jassim bin Hamad Al Thani u Jim Ratcliffe huma fost dawk il-favoriti li jixtru l-club mingħand il-Glazers. 

Xi wħud mit-tmien konzorzji huma interessati f’akkwist sħiħ, filwaqt li oħrajn qed jikkontemplaw għażliet ta‘ finanzjament fosthom Elliott Management li huma interessati f’investiment u jingħaqdu mal-Glazers fit-tkomplija tat-tmexxija.  

Eżekuttivi tar-Red Devils ilhom jispjegaw lill-offerenti dwar “l-opportunitajiet u l-isfidi” tat-tmexxija tal-club. 

Rappreżentanti għax-Sheikh Jassim u Ratcliffe jinsabu f’Old Trafford din il-ġimgħa bħala tnejn minn erba’ laqgħat skedati sal-Ġimgħa.

Se jkun hemm ukoll mill-inqas laqgħa oħra l-ġimgħa d-dieħla qabel is-sidien kontroversjali tal-United jiddeċiedu min għandu jgħaddi għat-tielet stadju ta’ taħditiet.

Sport