Il-forzi armati tal-Belarus bdew taħriġ militari fuq skala pjuttost kbira bil-għan li jkunu preparati f’każ ta’ attakk militari. Dan żvelah il-Ministru tad-Difiża tal-Ukrjana, li huwa pajjiż ġar tal-Belarus.
Belarus huwa pajjiż alleat tar-Russja tant li qabel din tal-aħħar bdiet l-invażjoni ġewwa l-Ukrajna, ir-Russja kienet wettqet numru ta’ testijiet militari ġewwa Minsk fil-Belarus. Apparti hekk, il-Belarus kien ippermetta lir-Russja biex tiskjera għadd ta’ suldati qrib il-fruntiera mal-Ukrajna. Ir-Russja tiddeskrivi l-invażjoni ġewwa l-Ukrajna bħala “operazzjoni militari speċjali”.
Fid-dawl ta’ dan kollu, il-Ministru tad-Difiża tal-Belarus qal li dan it-taħriġ militari mhu tal-ebda theddida għall-ġirien ġew il-komunità Ewropea inġenerali. Matul il-jum tat-Tlieta, il-President tal-Belarus Alexander Lukashenko tkellem ma’ Vladimir Putin fejn fost l-oħrajn kien hemm rapporti li dawn tkellmu dwar is-sitwazzjoni li qiegħda tiżvolġi ġewwa l-Ukrajna.