Saturday, November 23, 2024

Il-Belġjan Desremaux jirbaħ il-Malta International Darts Open

Aqra wkoll

Il-Belġjan John Desremaux huwa r-rebbieħ tal-Malta International Darts Open fil-kategorija tal-irġiel wara li fil-finali għeleb lill-Ingliż John Scott 5-3 fil-finali tal-aħjar minn disa’ legs.

Kienet logħba mill-isbaħ, ferm eċitanti u missielta bejn żewġ plejers li waslu b’mod meritat għal din il-fażi deċiżiva. Fl-aħħar mill-aħħar kien il-plejer mill-Belġju li rebaħ punti importanti sabiex ħa l-unur finali.

Sadanittant aktar qabel, il-plejer Malti Enrico Scerri ħa sehem fil-kwarti tal-finali tal-istess kategorija iżda safa’ eliminat mill-Iskoċċiż Marco Barilli 4-0.

Fil-kategorija tan-nisa, ir-rebbieħa kienet l-Ingliża Paula Jacklin li f’logħba ferm missielta għelbet lit-Taljana Aurora Foschesato 5-4.

Fil-kategorija ta’ plejers b’diżabbilta’ kien hemm is-suċċess tal-Ingliż Phil Smith li għeleb lill-Belġjan Kristof Vandesteene 4-1.

Fid-doubles tal-irġiel il-koppja Imriel/Johnsen ġew megħluba minn Allen/Baeten 5-2 fl-aħjar minn disa’ legs filwaqt li d-duo Turner/Jacklin rebħu lil Locke/Harwood 4-0 f’finali tan-nisa kollha Ingliża.

Sport