Tuesday, April 30, 2024

Il-Belġjan Wout van Aert jirbaħ ir-raba’ stadju tat-Tour de France

Aqra wkoll

Il-Belġjan Wout van Aert (Team Jumbo–Visma) rebaħ ir-raba’ stadju tat-Tour de France wara li fit-tlieta preċedenti huwa dejjem kellu jikkuntenta bit-tieni post. 

Dan ir-raba’ stadju kien bejn l-ibliet Dunkirk u Calais fuq distanza ta’ 171.5 kilometri hekk ki iċ-ċiklista Belġjan waqqaf l-arloġġ f’ħin ta’ 4 sigħat, minuta u 36 sekondi. 

Fl-aħħar żewġ kilometri huwa żied il-qadfa tiegħu biex ħarab waħdu biex spiċċa b’vantaġġ ta’ 8 sekondi quddiem Jasper Philipsen (Alpecin-Deceuninck), Christophe Laporte (Jumbo-Visma), Alexander Kristoff (Intermarche-Wanty-Gobert Materiaux) u Peter Sagan (Total Energies) li kollha daħlu f’daqqa. 

Għaldaqstant, van Aert għat-tielet darba baqa’ jżomm il-flokk l-isfar meta għandu total ta’ 13:02:43, segwit minn Yves Lampaert (Quick-Step Alpha Vinyl Team) b’distakk ta’ 25 sekonda, Tadej Pogacar (UAE Team Emirates) u Mads Pedersen (Trek-Segafredo).

Illum isir il-ħames stadju bejn Lille u Arenberg fuq distanza ta’ 157 kilometru. 

Sport