Saturday, December 21, 2024

Il-Belt mimlija bin-nies qalb l-ispettaklu u l-attivitajiet

... aħsbu kmieni għall-attivitajiet tal-Ewwel tas-Sena

Aqra wkoll

Fl-aħħar jumejn, kull min daħal il-Belt Valletta seta’ jinnota Belt mimlija bin-nies u b’attivitajiet fosthom daqq bil-banda fi Triq ir-Repubblika. Hu mistenni li din ix-xejra tkompli fil-jiem li ġejjin. Dak li rajna fl-aħħar jiem fil-Belt hu ferm differenti minn dak tal-Milied tas-sena li għaddiet minħabba l-mod kif kienet qed tiżviluppa l-pandemija u fejn dakinhar kienet għadha ma bdietx tingħata t-tilqima.

Intant tħabbru ukoll l-attivitajiet għal-ewwel tas-sena. Dakinhar se jsir spettaklu kbir ta’ mużika fi Pjazza San Ġorġ. Se jkun hemm wirja kbira ta’ logħob tan-nar mat-tokki ta’ nofsillejl fil-Port il-Kbir. Apparti dan din is-sena ċ-ċelebrazzjonijiet ta’ lejliet l-Ewwe tas-Sena se jkunu komposti minn kunċert mill-Palace String Orchestra li jinkludi fost l-aqwa mużiċisti, u artisti lokali.  Se jkun hemm ukoll John Newman “Live”, kantant ta’ fama internazzjonali bi prestazzjoni ta’ wħud mill-akbar suċċessi mużikali tiegħu fl-aħħar għaxar snin fosthom, “Love Me Again” u “Feel The Love”.

Dawn iċ-ċelebrazzjonijiet qed isiru grazzi għall-ħidma ma’ taqta’ xejn tal-Aġenzija Kulturali fil-Belt Valletta mmexxija minn Jason Micallef.  Iċ-ċelebrazzjonijiet se jkunu qed jittellgħu taħt il-miżuri kollha tas-saħħa li għadhom fis-seħħ. Għalhekk li l-biljetti għaċ-ċelebrazzjonijiet fi Pjazza San Ġorġ huma limitati ħafna, u jistgħu jinkisbu biss mill-uffiċċju tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta (fi Triq ir-Repubblika) mill-Ħamis 9 ta’ Diċembru bejn l-10a.m. u l-5p.m.

Ekonomija

Sport