Friday, May 3, 2024

Tabib imlaqqam tliet darbiet infettat b’Omicron

Jitħallat ma’ mijiet ta’ nies… s’issa jidher ħadd minnhom ma ġie infettat bil-varjant il-ġdid

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Il-varjant ġdid tal-Covid-19, Omicron, għadu qiegħed jirnexxielu jinfirex mad-dinja kollha. Ix-xjenzati fil-qasam mediku u l-korpi għadhom qegħdin jiġbru informazzjoni biex jarw kif jiġġieldulu. Fost tagħrif ġdid li qiegħed joħroġ hemm l-esperjenza ta’ tabib speċjalizzat fil-mard tal-qalb li minkejja kien imlaqqam tliet darbiet kontra l-Coronavirus, huwa xorta waħda ġie infettat bil-varjant il-ġdid.

L-istess tabib qal li huwa marad b’Omicron f’Londra fi żmien meta l-awtoritajiet lokali lanqas kienu għadhom jafu li dan daħal fil-pajjiż. Il-kardjologu beda bis-sintomi ġranet wara li attenda konferenza li għaliha attendew 1,200 persuna.

Dott. Elad Maor, tabib Iżraelit, jemmen li infetta kollega minn tiegħu lura f’pajjiżu li wkoll kien imlaqqam tliet darbiet. Bħalu, huwa rriżulta pożittiv għall-varjant li għandu madwar 50 mutazzjoni minn dak oriġinali. Elad Maor kellu biża’ kbira li seta’ nfetta ħafna nies minħabba li attenda għal konferenza iżda n-New York Times irrapportat li persuna oħra biss mardet wara kuntatt miegħu.

Dott. Maor kien l-ewwel Iżraelit li rriżulta pożittiv għall-varjant il-ġdid Omicron. Tlett ijiem qabel irriżulta pożittiv huwa attenda għal  laqgħa laqgħa oħa, din id-darba bejn kollegi fi sptar f’Tel Aviv, opera fuq 10 pazjenti, kif ukoll kien f’postijiet pubbliċi fosthom kantina ta’ sptar mimlija nies u kunċert li fih wieħed mit-tfal tiegħu daqq il-pjanu. Hawnhekk ukoll attendiet udjenza mhux ħażin. Huwa rrapportat li t-tabib kellu l-mistednin id-dar li kienu membri tal-familja. Mill-persuni kollha li tħallat magħhom, il-maġġoranza kienu mlaqqma tliet darbiet bil-Pfizer u s’issa ħadd minnhom ma rriżulta pożittiv għall-varjant.

Elad Maor irriżulta pożittiv nhar is-27 ta’ Novembru u skont informazzjoni mogħtija minn sptar f’Tel Aviv, s’issa s-sintomi tat-tabib għadhom ħfief.

Sport