Sunday, December 22, 2024

“Il-Belt Valletta tilfet wieħed minn uliedha … Malta tilfet leġġenda mużikali”

Aqra wkoll

“Ftit tal-ħin ilu għadni kemm ħadt l-aħbar li ħalliena Joe Cutajar. Malta tilfet leġġenda mużikali.” Hekk beda biex isellem il-memorja ta’ Joe Cutajar il-mużiċist Mark Spiteri Lucas. Huwa kompla biex jgħid li l-Belt Valletta tilfet wieħed minn uliedha u fakkar dwar kemm Joe kien kburi li kien Belti.

Spie Il-familja tagħna tlifna membru ieħor minn ġenerazzjoni li pproduċiet mużiċisti u kantanti li taw kontribut kbir fl-iżvilupp tax-xena tal-ispettaklu lokali.

“Strieh fis-sliem kuġin u grazzi tal-legat li ħallejt fil-qasam tal-mużika Maltija mis-snin sittin sal-lum”, temm jgħid Spiteri Lucas filwaqt li ddeskriva t-telfa tiegħu bħala dik ta’ membru tal-familja ieħor minn ġenerazzjoni li pproduċiet mużiċisti u kantanti li taw kontribut kbir fl-iżvilupp tax-xena tal-ispettaklu lokali.

Kien proprju ħuh Frankie li ħabbar li Cutajar kien miet fl-età ta’ 83 sena. Huwa jibqa’ mfakkar għas-sehem tiegħu f’diversi kunċerti kemm f’Malta kif ukoll barra. Mingħajr ebda dubju huwa se jibqa’ magħruf għas-sehem tiegħu fir-rock opera “Ġensna”.

Minbarra l-legat tiegħu fil-mużika, Cutajar jibqa’ mfakkar ukoll fix-xena sportiva fejn lagħab ma’ diversi timijiet tal-futbol fosthom Valletta FC, Ħamrun Spartans, Żurrieq u St. George’s.

Ekonomija

Sport