Monday, May 20, 2024

Juventus iridu jiffirmaw lil Mikel Merino

Aqra wkoll

Juventus qed ifittxu sabiex isaħħu nofs il-grawnd għall-istaġun li ġej u f’dawn l-aħħar ġimgħat instema’ ħafna isem Teun Koopmeiners ta’ Atalanta. Minkejja kollox, dan mhux l-uniku isem li qed jidwi fil-kurituri tal-Continassa hekk kif issa qed jissemma’ wkoll Mikel Merino li hu reġistrat ma’ Real Sociedad.

Merino qed jilgħab ukoll għat-tim nazzjonali Spanjol u qed jispikka ferm għat-tim mill-belt ta’ Sociedad li għadu kemm ġie maqlugħ mill-fażi tal-aħħar 16 tal-UEFA Champions League.

Merino hu wkoll it-tip ta’ plejer li qed ifittex il-kowċ Massimiliano Allegri minħabba li għandu viżjoni kif ukoll ħeffa f’dan id-dipartiment tant importanti fil-grawnd.

Sport