Thursday, December 26, 2024

Il-binja tal-General Workers’ Union parti mill-kullana ta’ mixegħla biex tfakkar Jum il-Mard Rari

Aqra wkoll

Il-binja tal-General Workers’ Union inxtegħlet bir-‘Rare Disease Day colors – blue, green, pink, u purple’ . Hija osservanza li ssir fl-aħħar jum ta’ Frar biex titqajjem kuxjenza dwar it-300 miljun persuna madwar id-dinja li jgħixu b’mard rari kif ukoll biex ikun hemm aktar aċċess għat-trattamenti u r-rappreżentanza medika għal dawn l-individwi u l-familji tagħhom.

“Il-GWU flimkien mal-Alleanza Nazzjonali tal-Mard Rari (The National Alliance for Rare Diseases Support – Malta) ngħaqadna biex nipparteċipaw f’din il-ġurnata speċjali ddedikata għal dawk il-persuni fostna li bħala individwi b’mard rari m’għandhomx vuċi. Bħala trejd unjin dejjem nisħqu li aħna nirrappreżentaw lill-ħaddiema ħolistikament u għalhekk inħossu l-ħtieġa li nkunu ta’ għajnuna, kif proprju qegħdin nagħmlu ma’ din l-alleanza, b’kull mod possibbli,” qal is-Segretarju Ġenerali tal-GWU.

Żied jgħid li l-GWU tirrikonoxxi x-xogħol iebes tal-familji ta’ dawn il-persuni b’mard rari u l-Alleanza Nazzjonali tal-Mard Rari li taħdem id f’id magħhom biex tkun ta’ sostenn għalihom, il-vuċi tagħhom u tieħu l-azzjonijiet kollha meħtieġa għall-avvanzi tal-membri tagħha.

I l-fundatriċi u President tal-Alleanza Nazzjonali tal-Mard Rari, Michelle Muscat, irringrazzjat lill-GWU talli din is-sena aċċettaw li jkunu l-patruni tal-Global Chain of Lights li l-Alleanza torganizza kull sena f’Jum il-Mard Rari. Hi saħqet li l-Alleanza se tibqa’ t-tarka u l-vuċi ta’ dawn in-nies li ħafna drabi jkunu l-uniċi f’pajjiżna jikkumbattu l-marda partikolari tagħhom.

Ekonomija

Sport