Saturday, April 20, 2024

Il-BirdLife Malta kontra li l-Gvern jiftaħ staġun ġdid għall-insib

Aqra wkoll

Il-BirdLife Malta tisħaq li l-poplu Malti jrid ambjent nadif u li ħadd ma jabbuża minnu. Dan qalitu f’konferenza tal-aħbarijiet li għamlet quddiem Kastilja li tulha, din l-organizzazzjoni non-governattiva esprimiet l-għadab tagħha għall-ftuħ ta’ staġun tal-insib ġdid li fih in-nassaba jistgħu jaqbdu għasfur u jerġgħu jitilquh.

Dawn l-iżviluppi riċenti, skont il-BirdLife, huma konċessjonijiet li qegħdin jingħataw lill-kaċċaturi u n-nassaba Maltin hekk kif sar fil-każ tal-art tal-Miżieb u huma waħda mil-lista ta’ problemi li għandna għall-ħarsien tal-ambjent fil-gżejjer tagħna.

Din l-organizzazzjoni qalet li minkejja hemm ordni mill-Qorti tal-Unjoni Ewropea, il-gvern qiegħed jillegalizza l-iżbalji tal-imgħoddi u li n-nies qegħdin jesprimu opinjoni kontra fuq il-midja soċjali.

Il-BirdLife Malta qalet li l-UE qiegħda hemm biex tissalvagwardja l-interess taċ-ċittadini Maltin u li l-Gvern mistenni jħabbar il-pjan tiegħu ftit jiem qabel jibda l-istaġun tal-insib fl-20 ta’ Ottubru li jibqa’ għaddej sal-10 ta’ Jannar.

Sport