F’ġurnata ta’ temp mill-isbaħ, il-Bormliżi ħarġu bi ħġarhom jiċċelebraw il-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni. Wara li kmieni filgħodu saret il-quddiesa solenni tal-festa bil-paniġierku, il-Bormliżi rħewlha għall-marċ tradizzjonali ta’ nhar il-Festa.
Filgħaxija mbagħad saret il-purċissjoni bl-istatwa devota ta’ Marija Immakulata, immexxija mill-Mons. Larry Spiteri. Wara l-purċissjoni tkantat l-antifona u ngħatat il-Barka Sagramentali.