Thursday, April 18, 2024

Il-Kumitat Olimpiku Malti jorganizza d-19-il edizzjoni tal-MOC Sports Gala Awards

Aqra wkoll

Il-Kumitat Olimpiku Malti orgnaizza d-19-il edizzjoni MOC Sports Gala Awards nhar l-Erbgħa filgħaxija. Il-Premjijiet irrikonoxxew l-isforzi tal-atleti għal dawn l-aħħar sentejn, fejn Malta kienet rappreżentata f’bosta avvenimenti internazzjonali.

Il-President tal-KOM Julian Pace Bonello faħħar id-dedikazzjoni u l-impenn li wrew l-atleti tat-Team Malta, partikolarment meta ffaċċjati bl-isfida tal-pandemija tal-Covid-19 li fixklet it-taħriġ u l-attività kompetittiva. Minkejja dan, irrimarka li din is-sena, l-atleti Maltin taw prestazzjonijiet tajbin hafna fit-tliet Logħob ewlenin kollha – dawk tal-Mediterran, il-Commonwealth u l-Festival Olimpiku taż-Żgħażagħ Ewropej fejn ġabu midalji lura lejn Malta.

Waqt is-serata l-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima qal li huwa importanti ferm li jkun rikonoxxut ix-xogħol kbir li qed jagħmlu l-atleti li jwassal għal prestazzjonijiet u kisbiet prestiġġjużi fix-xena sportiva internazzjonali.

“Dawn is-suċċessi huma riżultat tad-dedikazzjoni u s-sagrifiċċji li jagħmlu l-atleti tagħna li qed iwassluhom għal riżultati notevoli kemm fix-xena lokali, imma wkoll fix-xena sportiva internazzjonali”, qal il-Ministru Grima. Huwa rrikonoxxa wkoll il-ħidma li qed issir mil-Kumitat Olimpiku Malti bil-preparazzjoni tal-atleti għall-Logħob tal-Pajjiżi ż-Zgħar li se jsiru s-sena li ġejja.

“Qed ninvestu dirett fl-atleti tagħna biex dawn is-suċċessi nkomplu narawhom ukoll f’dawn il-logħob”, qal il-Ministru Clifton Grima.

Is-serata rat numru ta’ Premjijiet Speċjali, Bronż, Fidda u Deheb jigu ippreżentati kif ukoll  inghata rikonoxximent mogħti lill-atleti li kkompetew fil-Logħob Olimpiku ta’ Tokyo, kif ukoll atleti li użaw l-isport tagħhom biex imexxu messaġġ pożittiv u jqajmu kuxjenza dwar kwistjonijiet soċjali kif ukoll lokali, kunsilli lokali li ilhom jaħdmu biex jiżviluppaw inizjattivi sportivi fi ħdan il-komunitajiet tagħhom. Iddahhlu wkoll tliet individwi fil-MOC Hall of Fame bħala rikonoxximent għax-xogħol tagħhom matul is-snin.

Il-kategorija tal-iSpecial Awards generalment tirrikonoxxi klassifika ta’ livell għoli f’kampjonat dinji jew Ewropew jew il-kisba ta’ medalja tad-deheb fi kwalunkwe kampjonati internazzjonali ta’ livell għoli li l-kundizzjoni ta’ partcipazzjoni tagħhom kienu ristretti, fosthom minħabba l-età.

Special Award Winners for 2021

Athletics MaltaJeremy Zammit
Aquatic Sports Association of Malta Sasha Gatt, Under-15  Men’s Waterpolo Team
Malta Football AssociationHaley Bugeja
Federation of Body Building & FitnessMahmut Rajab
Malta Cycling FederationLuke Borg
Malta Sailing Federation Victoria Schulteis, Max Koerner
Malta Squash Association Kijan Sultana, Lijana Sultana
Malta Table Football Sports AssociationJurgen Balzan
Malta Bowling AssociationKayden Lagana, Mark Spiteri, Dwayne Zahra
Malta Weightlifting  AssociationTenishia Thornton

Special Award Winners for 2022

Aquatic Sports Association of MaltaZea Montfort, Emily Ruggier, Under-16 Men’s Waterpolo Team, Under-19 Men’s Waterpolo Team
Badminton MaltaFrancesca Clark, Martina Clark, Jeremy Gatt
Malta Cycling FederationDaniel Bonello, Jacob Schembri
Ghaqda Regatta Nazzjonali u Qdif ieħorSiggiewi Rowing Club
Malta Squash AssociationJulian Scerri, Lijana Sultana
Malta Table Football Sports AssociationJurgen Balzan, Jamie Bonnici
Malta Taekwondo AssociationMichaela Scerri
Malta Bowling AssociationKayden Lagna, Nicolai Mallia, Nicholas Muscat, Dwayne Zahra
Malta Triathlon FederationKai Azzopardi

Bronze Award

Il-kategorija tal-Bronze tagħti ġieħ generalment ghar-rebħ ta’ midalja tal-fidda jew tal-bronz Kampjonati tal-pajjizi z-zgħar tal-Ewropa,fil-logħob tal-Commonwealth taz-Zghazagh, fil-logħob Olimpiku taz-Zgħazagħ, kif ukoll kisba ta’ wieħed mill-ewwel tmien postijiet fil-loghob tal-Commonwealth, tal-Mediterran, tal-Ewropa u logħob ieħor tal-istess livell.

Rebbieħa Bronze Award – 2021

Athletics Malta National Relay Team (Claire Azzopardi, Sarah Busuttil, Carla Scicluna, Charlotte Wingfield) Aquatic Sports Association of Malta Ana Culic Federation of Body Building & Fitness Lazam Abraz Malta Cycling Federation Jason Vella Malta Golf Association Nicholas Beck Malta Table Football Sports Association Derek Conti Malta Tennis Federation Women’s National Team (Francesca Curmi, Jessica Dimech, Elaine Genovese, Helene Pellicano)  

Rebbieħa Bronze Award – 2022

Athletics Malta National Relay Team (Steve Camilleri, Dillon Cassar, Matthew Galea Soler, Beppe Grillo) Benjamin Micallef, Daniel Saliba Roberta Schembri Aquatic Sports Association of Malta Senior Men’s Waterpolo Team Golf Association National Team (Andrew Borg, Ruud Critien, Laurens Schulze Doering, JJ Verelst Micallef)  Horse Racing Club Rodney Gatt Weightlifting Federation Gary Giordimaina Malta Pool Association Alessio Magro Scott Muscat Ryan Pisani Malta Shooting Federation Marlon Attard Bowling Association Mauro Anastasi, Rankin Luke Camilleri, Melissa Swift Malta Tennis Federation Men’s National Team (Matthew Asciak, Alex Degabriele, Liam Delicata, Dwayne Pullicino) Malta Weightlifting Association Yasmin Zammit Stevens  

Silver Award

Il-kategorija tal-Fidda generalment tagħti ġieħ fost ohrajn r-rebħa ta’ midalja tad-deheb fil-Logħob tal-Pajjizi iz-Zgħar, fil-logħob Olimpiku jew tal-Commonwealth taz-zgħazagħ; kif ukoll midalja tal-bronz fil-logħob tal-Commonwealth, tal-Mediterran, tal-Ewropa u logħob ieħor tal-istess livell.

Rebbieħa Silver Award – 2021

Athletics Malta Peppijna Dalli Billiards & Snooker Association Duncan Bezzina, Philip Ciantar Malta Cycling Federation Marie Claire Aquilina Malta Golf Association Men’s National Team (Andrew Borg, Ruud Critien, Laurens Schulze Doering, JJ Verelst Micallef ) Malta Sailing Federation Antonia Schultheis Malta Table Football Sports Association Samuel Bartolo, Mark Gauci, Jason Pisani Malta Bowling Association Kenneth Arpa, Cynthia Duca, Matthew Magro  
  

Rebbieħa Silver Award – 2022

Malta Basketball AssociationMens’ National Team
Athetics MaltaClaire Azzopardi, Janet Richard, Carla Scicluna, Charlotee Wingfield
Malta Karate FederationLuke Galea
Malta Pool AssociationDejan Grech
Malta Sailing FederationAntonia Schultheis, Victoria Schultheis
Malta Shooting FederationClive Farrugia
Malta Table Football Sports AssociationValletta Subbuteo Club
Malta Bowling AssociationCynthia Duca, Tiziana Carranante, Dennis Mercieca
Malta Weightlifting AssociationKim Camilleri Lagana,  Mixed National Team (Vlad Baldacchino, Shaun Ciantar, Anton Micallef, Roberta Tabone, Yazmin Zammit Stevens)

Gold Award

L-ogħla livell ta’ premju ppreżentat waqt is-serata tal-Gala, il-kategorija tal-Premju tad-Deheb tirrikonoxxi lir-rebbieħa tal-midalji fil-Logħob Olimpiku jew fil-Logħob taż-Żgħażagħ tal-Commonwealth kif ukoll f’Kampjonati Internazzjonali u avvenimenti oħra ta’ livell għoli. Rebbieħa tal-midalja tal-fidda fil-Logħob tal-Commonwealth, Mediterranji u Ewropew kif ukoll dawk l-atleti kisbu riżultat fl-ewwel tmien postijiet fil-Logħob Olimpiku.

Ir-rebbieħa għas-sena 2021 kienu Jordan Gusman (Atletika) li b’wirja impressjonanti rebaħ it-tellieqa tat-3000 metru fil-Kampjonati Ewropej tat-Timijiet li saru f’Ċipru, mhux biss waqqaf rekord nazzjonali iżda kiseb ukoll l-aħjar ħin fl-erba’ diviżjonijiet tal-Ewropa, u l-aħjar ħin fid-diviżjonijiet tal-Kampjonati Ewropej tat-Timijiet inkluż is-Super League. Sabrina Grima (Body Building and Fitness) rebbieħa tal-IFBB Diamond Cup u l-Elite Pro li saret f’Malta. Richard Schultheis (Ibburdjar) ġie ppreżentat bil-premju tad-Deheb għar-rebħa impressjonanti fil-klassi 29-er tal-Euro Cup, rebħa oħra fl-istess dixxiplina fil-kompetizzjoni ta’ Kiel, fil-kampjonati nazzjonali Taljani u Ġermaniżi, mirbuħa fil- foiling tal-WASZP kompetizzjoni fl-Italja kif ukoll għat-tieni post fil-Kampjonati tad-Dinja. It-tim tal-Valletta Subbuteo Club (Table Football) magħmul minn Samuel Bartolo, Angelo Borg, Joseph Borg Bonaci, Mark Camilleri, Derek Conti u Mark Gauci, rebbieħ tal-Major of Frameries fil-Belġju u rebbieħ tal-Malta Grand Prix.

Ir-rebbieħa għal din is-sena kienu il-Judoka u rebbiħa tal-medalja tal-bronż fil-Logħob tal-Commonwealth Katryna Esposito, Clifferty Calleja, li rrappreżenta lill-Malta Horse Racing Club, u li f’Firenze sar champion tad-dinja għas-sewwieqa dilettanti taż-żwiemel. Il-bowler veterana Sue Abela, rebbieħa tal-midalja tad-deheb fil-Kampjonati Ewropej taċ-Champions, rebbieħa tal-Kategorija tal-Veterani tal-Open ta’ Gibraltar kif ukoll it-tielet post fl-Open tal-Anzjani f’Ruma; Rebbieħa tal-Medalja tal-Fidda fil-Logħob tal-Mediterran fid-doubles tat-Tennis, Francesca Curmi u Elaine Genovese filwaqt li l-weightlifter Tenishia Thornton ġiet rikonoxxuta għall-midalja tad-deheb tagħha fil-Kampjonati Dinji taż-Żgħażagħ u midalja oħra tad-deheb fil-Kampjonati Ewropej taż-Żgħażagħ kif ukoll midalja tal-bronż fil-kampjonati tal-Commonwealth.

Il-Kumitat Olimpiku Malti rrikonoxxa wkoll sitt atleti Olimpiċi, li ffurmaw parti mill-kontinġent Malti fil-Logħob ta’ Tokyo 2020. Dawn l-atleti kienu Carla Scicluna (Atletika) li ħadet sehem fil-100m, l-għawwiema Andrew Chetcuti (Għawm) li ħa sehem fl-avveniment tal-100m freestyle u Sasha Gatt, waħda mill-iżgħar atleti ta’ Malta u li għamlet id-debutt Olimpiku tagħha f’Tokjo fl-400m u l-1500m freestyle. Matthew Abela (Badminton) għamel id-debutt Olimpiku tiegħu fl-avvenimenti tas-singles, Eleanor Bezzina (Sparar) ikkompetiet fl-events tal-10m u l-25m, filwaqt li Yazmin Zammit Stevens (Weightlifing) iddebuttat ukoll fil-kategorija tal-64kg.

Il-Kumitat Olimpiku Malti rrikonoxxa lill-atleta Olimpika Neil Agius (Għawm) u lill-eks atleta Nazzjonali (Triathlon) Fabio Spiteri li b’mezz tad-dixxiplini rispettivi tagħhom ħadmu biex ħolqu kuxjenza dwar it-theddida li qed tiffaċċja l-ħajja tal-baħar u l-bijodiversità u biex jiġbru fondi għas-santwarji tal-annimali lokali rispettivament.

Għal darb’oħra l-KOM għaraf lil dawk il-kunsilli lokali li taw kontribut lejn l-iżvilupp tal-isport fil-komunità rispettiva tagħhom. Fl-2021, sitt Kunsilli Lokali ppreżentaw l-applikazzjoni tagħhom biex jiġu kkunsidrati għal dawn il-premjijiet, filwaqt li din is-sena ġew sottomessi seba’ nominazzjonijiet.  Ir-rebbieħa kienu l-Kunsill Lokali taż-Żejtun u l-Kunsill Lokali tal-Munxar li kisbu t-tielet post fl-2021 u l-2022 rispettivament. Fit-tieni post għal din is-sena u l-ewwel post għall-2021 il-premju ġie ppreżentat lill-Kunsill Lokali Għajnsielem, filwaqt li t-tieni post għall-2021 u l-ewwel post għall-2022 ingħata lill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa.

L-eks Segretarju Ġenerali Joseph Cassar, ġie ppreżentat bi Premju Speċjali tal-Hall of Fame bħala simbolu ta’ apprezzament għall-għexieren ta’ snin ta’ servizz tiegħu lill-Kumitat Olimpiku Malti. Cassar kellu l-kariga ta’ Segretarju Ġenerali mill-1993 u kien membru tal-Kummissjoni tal-Festival Olimpiku taż-Żgħażagħ Ewropej tal-Kumitati Olimpiċi Ewropej mill-1988.

Is-serata tal-Gala laħqet il-qofol tagħha bl-induzzjoni ta’ tliet individwi fil-Hall of Fame.  Dan l-unur jingħata lil eks-atleti, uffiċjali u amministraturi li permezz tal-kontribuzzjonijiet tagħhom ħallew marka fid-dixxiplini u l-assoċjazzjonijiet rispettivi tagħhom. Wieħed mil-kriterji mitlub hu li dawn l-individwi jkunu magħrufa għall-integrità tagħhom u meqjusa bi stima kbira fost sħabhom għal diversi snin.

It-tlett individwi kienu Francis Bugeja li ħadem bla heda għal aktar minn 50 sena fil-Malta Billiards and Snooker Association,  l-ewwel bħala segretarju imbagħad president. Kien l-ewwel referee Malti li mexxa fil-finali tal-Kampjonati tad-Dinja f’Malta fl-1971; Il-ġurnalist sportiv Mario Meli, li minn età żgħira kien involut f’diversi dixxiplini sportivi u kien ukoll champion tal-atletika fl-avvenimenti tat-800m u l-1500m; u John Tabone, mnissel min familja sportiva u li kien membru fundatur tal-Luxol Basketball Club u mexxa kien kowċ tal-Basketball għal aktar minn 40 sena.

Ekonomija

Sport