Il-Bank of Valletta laqa’ klijenti tan-negozju f’Għawdex għal avveniment dedikat bil-għan li jsaħħaħ id-djalogu, jisma’ mingħandhom u jifhem aħjar il-ħtiġijiet finanzjarji li qed jevolvu fost individwi, familji u negozji Għawdxin.
Dan l-avveniment jifforma parti mill-programm kontinwu ta’ impenn mal-klijenti tal-Bank, li matul is-sena jlaqqa’ flimkien klijenti ma’ membri tat-tmexxija u timijiet speċjalizzati tal-Bank f’Malta u Għawdex. Dawn l-okkażjonijiet joħolqu spazju għal diskussjoni miftuħa, fejn il-klijenti jkunu jistgħu jaqsmu l-ħsibijiet tagħhom, jitkellmu dwar il-prijoritajiet tagħhom u jikkontribwixxu direttament għat-titjib kontinwu tal-prodotti, servizzi u l-esperjenza tal-klijent tal-Bank.

Meta kkummenta dwar l-avveniment, il-Kap Eżekuttiv Kenneth Farrugia enfasizza l-importanza li l-Bank iżomm relazzjonijiet mill-qrib u sinifikanti mal-klijenti. “Il-klijenti tagħna jinsabu fiċ-ċentru ta’ dak kollu li nagħmlu. Filwaqt li l-mezzi diġitali qed ikomplu jkollhom rwol dejjem aktar importanti fil-mod kif il-klijenti jinteraġixxu magħna, xejn ma jieħu post il-valur li niltaqgħu man-nies wiċċ imb wiċċ, nisimgħu l-esperjenzi tagħhom u nifhmu l-ħtiġijiet tagħhom li kulma jmur dejjem qed jinbidlu. Dawn id-djalogi jagħtuna għarfien siewi li jgħinna niggwidaw l-iżvilupp kontinwu tal-prodotti, is-servizzi u l-esperjenza tal-klijent tagħna.”
Simon Grech, Chief Commercial Officer, qal li l-impenn tal-BOV lejn l-involviment mal-klijenti jmur lil hinn minn avvenimenti individwali u jifforma parti integrali mill-approċċ usa’ tal-Bank biex jaqdi lill-komunitajiet li fihom jopera. “Aħna ninvolvu ruħna mal-klijenti permezz ta’ firxa wiesgħa ta’ inizjattivi, fosthom sessjonijiet dwar l-investiment u l-prospetti tas-swieq, avvenimenti ta’ networking għan-negozji, laqgħat ta’ apprezzament għall-klijenti u attivitajiet fil-komunità. Kull okkażjoni toffrilna opportunità biex nifhmu aħjar l-aspettattivi tal-klijenti u nwieġbu b’mod aktar effettiv għall-ħtiġijiet tagħhom.”
Hekk kif il-Bank of Valletta jkompli jsaħħaħ il-preżenza tiegħu permezz ta’ mezzi differenti, il-fehmiet tal-klijenti jibqgħu fil-qalba tal-mod kif il-Bank jiżviluppa s-servizzi tiegħu. Permezz ta’ inizjattivi bħall-programm Voice of the Customer, il-BOV ikompli jisma’, jirrispondi u jtejjeb, biex jiżgura li l-prodotti, is-servizzi u l-mezzi tiegħu jibqgħu allinjati mal-ħtiġijiet li qed jinbidlu tal-klijenti madwar il-gżejjer Maltin.
Bħala l-Bank tal-Għażla tal-klijenti, il-Bank of Valletta jibqa’ impenjat li jibni relazzjonijiet dejjiema magħhom, jappoġġja lill-komunitajiet u jwassal esperjenza bankarja li tgħaqqad il-konvenjenza tal-innovazzjoni diġitali mal-fiduċja u l-konnessjoni personali li jiġu minn preżenza li tibqa’ qrib in-nies.
