Saturday, August 22, 2026
Home Internazzjonali Bħal-lum twieldet l-attivista Dorothy Parker… kienet fil-lista s-sewda ta’ Hollywood

Bħal-lum twieldet l-attivista Dorothy Parker… kienet fil-lista s-sewda ta’ Hollywood

0
58

Bħal-lum 22 ta’ Awwissu 1893, twieldet fi New Jersey Dorothy Parker (née Rothschild), poeta, kittieba, u attivista Lhudija Amerikana. Hi kienet nominata darbtejn għall-Academy Award. Hi kienet vittma tal-lista s-sewda ta’ Hollywood.

Hija saret attivista fis-sena 1927 bl-eżekuzzjonijiet tal-anarkisti Taljani Sacco u Vanzetti. Filfatt hi kienet arrestata meta kienet qed turi appoġġ għalihom. Parker ivvjaġġat lejn Spanja matul il-gwerra ċivili. “Kienet qalet li meta jasal l-ari raid matul il-ġurnata, tara tfal żgħar imwerwra bit-terrur. Ma jibkux. Int biss tara għajnejhom. Jien xorta nista’ nara dawk l-għajnejn. Wara rejd wieħed, rajt munzell kbir ta’ terrapien, u fuqu pupa mkissra u qtates mejta— il-faxxisti għedewwa bla ħniena.”

Parker aktar tard għenet biex iwaqqaf il-Hollywood Anti-Nazi League, u għenet biex isalva veterani tal-gwerra ċivili Spanjola, tfal u orfni wara r-rebħa tal-ġeneral tal-lemin Francisco Franco.

Aġenti tal-FBI kienu ntbagħtu d-dar tagħha minn J Edgar Hoover wara li hija għenet biex tiġbor flus biex tixtri l-ħalib għat-tfal Spanjoli, u Parker imbagħad ġiet imniżżla fil-lista s-sewda milli taħdem f’Hollywood għal ħafna mill-ħajja tax-xogħol tagħha.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here