Tuesday, November 17, 2026
Home Sport Il-Brażil jirritornaw għar-rebħ … jagħtu sebgħa lil Singapore

Il-Brażil jirritornaw għar-rebħ … jagħtu sebgħa lil Singapore

0
37

Brażil temmew l-impenji internazzjonali tal-2026 b’rebħa kbira ta’ 7-0 kontra Singapore f’partita ta’ ħbiberija li ntlagħbet it-Tlieta.

Vinicius Junior kien il-protagonist assolut tal-konfront, hekk kif skorja hat-trick fl-ewwel 21 minuta. L-attakkant ta’ Real Madrid fetaħ l-iskor fid-disa’ minuta, żied ieħor fis-15-il minuta u għaqqad it-tliet gowls tiegħu fis-21 minuta.

Endrick kabbar il-vantaġġ għal 4-0 fil-31 minuta, filwaqt li Estevao skorja l-ħames goal fil-51 minuta.

Rayan għamel l-iskor 6-0 fil-65 minuta, qabel ma Allan issiġilla r-rebħa b’seba’ gowl fid-74 minuta.

B’din ir-rebħa, it-team immexxi mill-coach, Carlo Ancelotti, wieġeb bl-aħjar mod għat-telfa ta’ 3-2 kontra l-Ġappun.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here