Iċ-ċiklist Brittaniku, Tom Pidcock, irreġistra rebħa spettakolari fit-tellieqa tal-Mountain Bikes biex iddefendia t-titlu tiegħu u b’hekk kiseb it-tieni midalja tad-deheb ta’ dan l-avveniment.
Wara bidu kemmxejn kwiet, Pidcock beda jżid il-veloċitá tiegħu iżda kellu sfida kbira mill-Franċiż, Victor Koretzky.
Infatti, filwaqt li Pidcock temm f’ħin ta’ siegħa, 26 minuti u 22 sekondi, Koretzky daħal disa’ sekondi warajh.
Is-Sud Afrikan, Alan Hatherly, żamm il-pass biex spiċċa 11-il sekondi wara r-rebbieħ biex b’hekk ta l-ewwel midalja lil pajjiżu f’dawn il-Logħob.