Saturday, December 14, 2024

Il-club ta’ Everton mistenni jinbiegħ fil-jiem li ġejjin

Aqra wkoll

Il-club ta’ Everton jinsab ferm vi1in li jinbiegħ għal £600 miljun, li jġib fi tmiemu r-renju ta’ Farhad Moshiri li xejn ma kien popolari mal-partitarji. 

Il-ftehim mistenni jiġi konkluż sal-bidu tal-ġimgħa d-dieħla hekk kif bħalissa t-Toffees qed jiġġieldu biex isalvaw l-istadium tagħhom kif ukoll l-istatus fl-ogħla diviżjoni meta qed jiġġieldu kontra r-relegazzjoni. 

Il-fond ta’ investiment Amerikan, 777 Partners, huma l-offerent preferut, għalkemm sorsi jinsistu li qed jitolbu garanzija tal-Premier League sabiex jikkonkludu l-bejgħ tagħhom. Everton iridu li l-ftehim isir mill-aktar fis possibbli, qabel ma jintemm l-istaġun.

It-tieni offerent, MSP Sports Capital, għadhom fit-taqtiegħa u jidher li ma qatgħux qalbhom li huma t-tieni favoriti.

Is-sidien il-ġodda mistennija jidħlu fi spiża immensa ta’ £505 miljuni fil-bini tal-istadium il-ġdid, fi Bramley Dock. 

Ekonomija

Sport