Thursday, December 26, 2024

Il-club ta’ Inter mixtri mill-Amerikani, Oaktree

Aqra wkoll

Id-ditta Amerikana, Oaktree, ikkonfermat l-akkwist ta’ Inter mingħand Suning ta’ Steven Zhang bi stqarrija uffiċjali. Hija assumiet is-sjieda taċ-champions tas-Serie A, Inter, wara li l-president Steven Zhang naqas milli jħallas lura dejn ta’ kważi €400 miljun.

Suning ta’ Zhang ħa l-kontroll ta’ Inter f’Ġunju 2016, u l-grupp Ċiniż rebaħ seba’ titli fi Stadio Meazza matul ir-renju tiegħu, inklużi żewġ titli tas-Serie A.

Zhang sar l-ewwel president barrani li rebaħ titlu tas-Serie A fl-2020-21 u dan l-istaġun, in-Nerazzurri reġgħu kitbu l-istorja billi reb­ħu l-20 Scudetto fl-istorja tagħhom.

L-akkwist ta’ Oaktree jfisser ukoll li d-Derby della Madonnina li jmiss se jkun l-ewwel waħda Amerikan di Milano.

Ekonomija

Sport