Sayed Abu Farhi tal-Iżrael tkeċċa wara ċelebrazzjoni ta’ goal li fiha deher juża l-bandiera tal-corner biex jimita l-isparar ta’ pistola, fit-telfa ta’ pajjiżu kontra l-Awstrija bl-iskor ta’ 3-1 fil-UEFA Nations League.
Il-player ta’ 20 sena tal-Colorado Rapids kiseb id-draw qabel għamel din iċ-ċelebrazzjoni, li wasslitu biex jirċievi t-tieni karta safra u jitkeċċa.
Ir-regoli tal-football jgħidu li player jista’ jingħata karta safra għal ċelebrazzjoni ta’ goal jekk tkun provokattiva, ta’ disprezz jew li tqanqal tensjoni.
Dan seħħ f’ġimgħa li fiha l-azzjonijiet tal-Iżrael f’Gaza ġibdu l-attenzjoni fid-dinja tal-football, b’kampanja biex l-Irlanda tibbojkottja ż-żewġ logħbiet li jmiss tagħha.
Iż-żewġ partiti kontra l-Irlanda mistennija jintlagħbu f’postijiet newtrali.
L-Awstrija rebħu il-logħba f’Linz bl-iskor ta’ 3-1, li waslu minn penalty ta’ Romano Schmid (43 pen), Phillipp Mwene (90) li kkonkluda mill-cross ta’ Paul Wanner u Sasa Kalajdzic (93) b’xutt mill-viċin.
Aktar minn 73,000 persuna nqatlu f’attakki Iżraeljani, skont il-ministeru tas-saħħa mmexxi mill-Ħamas fit-territorju, li ċ-ċifri tiegħu huma meqjusa affidabbli min-Nazzjonijiet Uniti (UN).
Il-gwerra bdiet wara l-attakk immexxi mill-Ħamas fin-Nofsinhar tal-Iżrael fis-7 ta’ Ottubru 2023, li fih inqatlu madwar 1,200 persuna u 251 oħra ttieħdu ostaġġi.





