Wara li matul il-jum tat-Tlieta, Santa Lucia FC, kienu ħabbru li kienu tterminaw il-kuntratt tal-Coach, Emil Grnev u tal-Assistent tiegħu, Borce Postolov, wara bidu ta’ staġun mhux daqstant sodisfaċenti b’żewġ draws, issa ħabbru li ngaġġaw Coach ġdid – dan hu t-Tork, Bulent Akin.
Fil-passat tiegħu bħala player huwa lagħab ma’ Galatasaray fejn rebaħ ukoll il-UEFA Super Cup fis-sena 2000.
M’hemxx dubju li wara l-investiment massiċċ li għamlu Santa Lucia speċjalment bl-akkwisti ta’ Mathieu Valbuena u Nabil Dirar, huwa se jkollu l-aspirazzjoni ewlenija lil-Luċjani għall-kisba tal-promozzjoni għall-Malta Premier League.




