Thursday, September 24, 2026
Home Sport Wara rebħa ta’ Malta fuq Andorra: ‘Kienet wirja qalbiena iżda rridu nitgħallmu...

Wara rebħa ta’ Malta fuq Andorra: ‘Kienet wirja qalbiena iżda rridu nitgħallmu minn xi żbalji li stajna wettaqna’ – Dr Matthew Paris (viċi-president tal-MFA)

0
138

Minn Cristian Muscat

Proprju wara l-partita barra minn darna bejn Andorra u Malta, bit-tim nazzjonali Malti jdawwar telfa f’rebħa ta’ 2-1, dan is-sit għamel kuntatt mal-viċi-presidnet tal-Malta FA, Dr Matthew Paris, li tana dawn il-kummenti:

“Kienet wirja qalbiena iżda fil-veritá ma kinitx l-aqwa prestazzjoni tagħna. Kienet rebħa li walset grazzi għax-xogħol li qed nagħħmlu u l-fatt li ksibna t-tliet punti huwa dak li jgħodd fil-perkors tagħna li nirbħu dan il-Grupp.

“Madankollu rridu nitgħallmu minn xi żbalji li stajna wettaqna kemm fl-attakk kif ukoll fid-difiża … ikolli nistqarr li l-okkażjonijiet perikolużi ta’ Andorra mhux ħolquhom huma iżda rregalajnihomlhom aħna!”

“Issa jmissna tliet partiti importnanti ħome fosthom logħba ta’ ħbiberija fejn il-players tagħna jridu jkunu fl-aqwa kundizzjoni fiżika possibli f’sistema ta’ rotazzjoni.

“Tajjeb nirrimarkaw li din hija waqfa internazzjonali partikolari hekk kif il-players tagħna se jkunu lagħbu erba’ logħbiet fi prattikament għaxart ijiem.

“Madankollu, ejja nieħdu l-pożittiv minn din ir-rebħa u nkomplu nħarsu ‘l quddiem b’mod ottimali u nkomplu nibnu fuq din il-partita!”

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here