Il-club ta’ Liverpool qed jitpoġġa għall-bejgħ minn Fenway Sports Group liema konsorzju huwa mmexxi mill-Amerikan John Henry.
Qed jingħad ukoll li dan il-konsorzju ilu f’taħditiet ma’ xerrejja li mikejja qatt ma ssemma’ min huma, huwa maħsub li huma mill-Golf Għarbi.
FSG ilhom fit-tmexxija għal dawn l-aħħar 12-il sena fejn għenu biex il-club akkwista bosta players ta’ livell mondjali kif ukoll rebħu kull unur li toffri l-logħba fuq livell ta’ clubs.
Huma qed jilqgħu u se jimisgħu kull offerta fejn il-kumpanija finanzjarja Goldman Sachs and Morgan Stanley ingħata l-inkarigu biex tassisti l-proċess tal-bejgħ.
Qed jingħad ukoll li FSG iridu li possibbilment il-bejgħ isir waqt il-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja biex ma jfixkilx il-pjani tal-coach kemm fil-kampjonat kif ukoll fil-UEFA Champions League.
FSG sostnew li huma se jibqgħu bl-impenn massimu għas-suċċessi tal-club.
Bla dubju, li din l-istorja se tkompli tikber fil-jiem li ġejjin…