Thursday, August 20, 2026
Home Sport Il-club ta’ Zabbar St Patrick viċin li jkollu investitur barrani

Il-club ta’ Zabbar St Patrick viċin li jkollu investitur barrani

0
55

Il-club ta’ Zabbar St Patrick jinsab viċin li jilħaq ftehim mas-sid tal-club Ingliż, Southampton, Dragan Solak, biex jakkwista sehem maġġoritarju. Hu mifhum li t-taħiditiet kienu pożittivi, tant, li fadal biss l-approvazzjoni u s-siġill. 

L-investiment mistenni jġib miegħu stutturi moderni, b’fokus fuq scouting, żvilupp tal-players żgħażagħ, infrastruttura u ppjanar strateġiku fit-tul. Solak, li għandu ċittadinanza Maltija, għandu pjani fit-tul biex jaħdem fil-football domestiku. 

Jekk kollox imur kif ippjanat, il-club ta’ Żabbar, ikun it-tielet club li jkollu azzjonisti ewlenin barranin wara Hibernians u Birżebbuġa St Peter’s.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here