Hekk kif bħalissa fil-ġuri li għaddej Yorgen Fenech hemm jixhed it-tifel tal-vittma, Andrew Caruana Galizia, inqala diżgwid tant li kellha tintervjeni l-Qorti.
Andrew Caruana Galizia xehed li ommu kienet qaltlu li skopriet li Yorgen Fenech kellu ftehim speċjali fi ħdan Electrogas, li permezz tiegħu, skont dak li kienet qaltlu, kien jirċievi ħlas mill-Gvern minn żmien għal żmien. Jgħid li dak iż-żmien hu u ħuh kienu barra minn Malta.
L-Imħallef Edwina Grima tistaqsih jekk qattx ra s-sensiela ta’ emails relatati ma’ dan, b’Caruana Galizia jwieġeb li iva u jgħid: “I’ve seen the original emails”.
Fl-awla, jitqajjem kaos sħiħ, bid-Difiża tgħid li x-xhud qed jagħti l-opinjoni tiegħu u mhux fatti.
L-Avukat Jason Azzopardi, f’isem il-Parte Ċivile, jgħaddi kumment dwar dak li qed tgħid id-Difiża għaliex il-vittma “ma tistax titkellem”.
Id-Difiża riedet tqajjem punt legali, għalhekk il-ġurati nħarġu mill-awla. Hawnhekk, pront kien Dr Jason Azzopardi li għadda kumment ieħor bi protesta lejn dak li qed tgħid id-Difiża.
L-Imħallef issib lil Dr Azzopardi ħati ta’ disprezz lejn il-Qorti minħabba kummenti “stupidi” u timmultah €50. Dr Azzopardi jgħid li Dr Mercieca tkellem quddiem il-ġurati, bl-Imħallef terġa’ twissih li ma jistax iġib ruħhu hekk fl-awla “isu qed ibiegħ il-ħuti fil-monti”.
