Monday, December 23, 2024

Il-clubs tal-Premier Ingliż jiddiskutu l-limitazzjoni tas-salarji

Aqra wkoll

It-Tnejn, il-clubs tal-Premier League Ingliż iltaqgħu għall-ewwel darba dwar is-suġġett tal-limitazzjoni tas-salarji. 

Arsenal, Chelsea u Tottenham Hotspur, kienu l-ew­wel clubs li qablu fuq dan il-prinċipju biex inaqqsu wkoll l-ispiża fis-suq tat-trasferimenti. 

Fis-suq Ingliż tas-sajf li għadda, intefqu £2.36 biljuni  liema ċifra hija rekord. Għaldaqstant jidher li se jkun hemm qbil unanimu biex ikun hemm kontroll finanzjarju  bil-konsegwenza li d-djun ma jibqgħux jikbru. 

Ekonomija

Sport