Saturday, October 31, 2026
Home Sport Premier League Ingliż: Tottenham jirreġistraw it-tielet rebħa konsekuttiva

Premier League Ingliż: Tottenham jirreġistraw it-tielet rebħa konsekuttiva

0
54

Tottenham Hotspur kisbu t-tielet rebħa konsekuttiva fil-Premier League għall-ewwel darba minn Frar 2025, meta għelbu lil Crystal Palace 2-0. 

Archie Gray fetaħ l-iskor b’daqqa ta’ ras wara 13-il minuta, filwaqt li Jean-Philippe Mateta tkeċċa wara intervent perikoluż fuq Micky van de Ven.

Fit-tieni taqsima, Jan Paul van Hecke rdoppja għal Tottenham 17-il minuta mit-tmiem, wara li Henderson kien salva d-daqqa ta’ ras inizjali tiegħu.

B’din ir-rebħa, it-tim ta’ Roberto De Zerbi tela’ fit-tmien post tal-klassifika. Min-naħa l-oħra, Crystal Palace sofrew is-sitt telfa tagħhom fl-aħħar disa’ logħbiet tal-kampjonat, u kompliet tikber il-pressjoni fuq il-coach Pierre Sage, hekk kif jinsabu fiż-żona l-ħamra.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here