Bayern Munich u Borussia Dortmund baqgħu mingħajr telfa u ndaqs fil-quċċata tal-Bundesliga wara draw drammatiku ta’ 2-2.
Konrad Laimer (38) poġġa lil Bayern fil-vantaġġ ftit qabel il-mistrieħ, iżda fit-tieni taqsima Harry Kane falla penalty meta ra x-xutt tiegħu jaħbat mal-mimduda. Dortmund approfittaw u Serhou Guirassy (60) ġab id-draw.
Bayern reġgħu marru fil-vantaġġ permezz ta’ Dayot Upamecano (66), wara azzjoni mibdija minn Kane. Madankollu, Fabio Silva kiseb id-draw għal Dortmund fid-89 minuta.
B’dan ir-riżultat, iż-żewġ rivali baqgħu jaqsmu l-ewwel post tal-klassifika.





