Sunday, November 1, 2026
Home Sport Malta Premier League: Hamrun Spartans isalvaw ir-riżultat b’penalty fil-ħin mizjud

Malta Premier League: Hamrun Spartans isalvaw ir-riżultat b’penalty fil-ħin mizjud

0
48
Ritratt: Mark Mangion

SLIEMA WANDERERS………….. 1

HAMRUN SPARTANS…………… 1

Sliema Wanderers u Hamrun Spartans spiċċaw fi draw dammatiku  bl-iskor ta’ 1-1 hekk kif l-Ispartans ingħa­taw penalty fil-ħin miżjud meta kollox deher li s-Slimiżi kienu se joħorġu bit-tliet punti. 

Madankollu b’dan ir-ri­żultat ta’ draw, iż-żewġ timi­jiet ikkwalifikaw għat-Top Six.

Sliema Wanderers ħolqu l-ewwel azzjoni perikoluża fit-12-il minuta meta’ Anthony Limbombe pprova daqqa ta’ ras mill-kaxxa l-kbira li spiċċat ftit għoli.

Fit-23 minuta, Ħamurn Spartans kellhom okkażjoni  li jiftħu l-iskor meta Shaisen Attard ipprova konklużjoni mid-distanza li spiċċat ftit barra.

Fil-31 minuta, il-Blues kellhom opportunitá kbira meta minn pożizzjoni ideali, ix-xutt ta’ Brian Gambarte mid-distanza falliet il-mira.

Fil-41 minuta, Anthony Limbombe reġa’ kien prota­gonista għall-Wanderers iż­da x-xutt tiegħu reġa’ spiċċa f’ idejn Marchegiani.

Fit-48 minuta, il-coach ta’ Sliema Wanderers, Branko Nisevic, talab l-intervent tal-Football Video Support minħabba li Ryan Camenzuli allegatament mess il-ballun b’idu.  Wara li saru il-verifiki meħtieġa, l-uffiċjal Ishmael Barbara ma laqax it-talba Slimiża.

Fil-71 minuta, Anthony Limbombe kellu ċans ieħor li jiftaħ l-iskor għall-Wanderers iżda mill-viċin ma rnexxielux jinkwadra il-lasti.

Fis-77 minuta, Ħamrun Spartans kellhom okkażjoni tad-deheb li jiftħu l-iskor permezz ta’ Lucas Villela Iapert li ttanta xortih mill-kaxxa l-kbira. 

Il-ballun ġie salvat par­zjal­ment mill-goalkeep­er, Henry Bonello iżda l-Brażiljan interċetta l-­ballun u reġa pprova l-­kon­klużjoni peró, it-tentattiv tiegħu ġie mdawwar f’corner.

Fl-84 minuta, il-Wanderers fetħu l-iskor grazzi għal Diego Calleja Camara li b’daqqa ta’ ras minn azzjoni ta’ corner,  għeleb lil Marchegiani.

Fid-90 minuta,  il-bankina ta’ Ħamrun Spartans talbet l-intervent tal-Football Vi­deo Support minħabba foul fil-kaxxa avversarja … liema talba ġie milqugħa biex EMERSON MARCELINA ma żbaljax.

Aktar minn hekk,  Sliema Wanderers temmew il-logħba b’10 players wara li Vlatko Drobarov tkeċċa wara li rċieva żewġ karti sofor min­ħabba protesti.

Fl-94 minuta, l-Ispartans setgħu għalqu l-partita meta minn qagħda ferm ideali, Ryan Camenzuli falla kompletament il-mira.

Sliema W.: Henry Bonello, Diego Camara Calleja, Nigel Benjamin Robertha (Nikolaos Karelis 61), Teddy Teuma, Brian Ariel Gambarte (Matteo Madeira Lorenzi 92), Gustavo Alcino, Anthony Limbombe Ekango (Nikolai Micallef 92), Christ Sarkodje Kouadio, Vlatko Drobarov, Steven Pisani, Mohamed Abdullahi Awad (Adam Magri Overend 61) – Coach: Branko Nisevic

Hamrun S.: Gabriele Marchegiani, Rafael Petrilio Compri, Sven Xerri, Shaisen Attard (Damir Ceter Valencia 68), Lucas Villela Iapert (Marcelo Caua Aguiar de Alves 92), Vincenzo Polito, Jack Ipalibo (Da­niel Letherby 58), Ognjen Bjelicic, Ante Coric, Emerson Marcelina, Ryan Camenzuli – Ass. Coach: Alessandro Grandoni

Referee: Ishmael Barbara

assistenti: Luke Portelli, James Muscat

Raba’ Uff.: Wayne Sammut

Skorers: D. Camara Calleja 84 (HS); E. Marcelina 91 (HS)

Ammoniti: E. Marcelina (HS); V. Drobarov (SW)

Tkeċċa: V. Drobarov 92 (SW)

Player tal-Logħba: Vincenzo Polito (Sliema W.)

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here