Sunday, November 1, 2026
Home Sport Malta Premier League: Hibernians jikkwalifikaw mat-Top Six

Malta Premier League: Hibernians jikkwalifikaw mat-Top Six

0
53
Ritratt: Mark Mangion

BALZAN…………………. 1

HIBERNIANS………….. 2

Hibernians urew karattru u determinazzjoni biex dawru żvantaġġ f’rebħa ta’ 2-1 kontra Balzan, riżultat li tahom post fit-Top 6 u kkundanna lil Birkirkara għall-­Bottom 6.

Dan minħabba li fil-partita preċedenti, l-Istripes kel­lhom jikkuntentaw bi draw  ta’ 2-2 kontra Birżebbu­ġa St Peter’s biex fallew żewġ punti mill-aktar importanti.

Kienu Balzan li fetħu l-iskor fit-13-il minuta, meta Dimeji Awosanya approfitta minn żball fid-difiża ta’ Hibernians u mill-viċin tefa’ l-ballun fix-xibka.

Il-Pawlisti rreaġixxew immedjatament u tliet minuti wara kienu sfortunati meta t-tentattiv ta’ Moritz Romling ħabat mal-wieqfa. Balzan komplew ikunu perikolużi u fil-25 minuta Amiel Guehi ra x-xutt tiegħu jgħaddi għoli.

Qabel il-mistrieħ, Aw­osanya kellu opportunità tajba biex jirdoppja, iżda l-goalkeeper, Matteo Cardinali, salva tajjeb.

Fil-51 minuta, Hibernians kisbu d-draw minn Moritz Romling li b’xutt mill-vi­ċin għeleb lil Dylan Ciappara.

Tliet minuti wara, il-Paw­listi dehru li marru fil-vantaġġ meta Joy Mickels tefa’ l-ballun fix-xibka, iżda wara konsultazzjoni mal-FVS, ir- referee Daniel Casha ħassar il-gowl u ordna penalty favur Balzan minħabba azzjoni irregolari fil-kaxxa.

Dimeji Awosanya ħa r-res­ponsabbiltà mill-11-il metru, iżda t-tentattiv tiegħu ġie salvat minn Cardinali.

Dan il-penalty fallut kellu konsegwenzi kbar għal Balzan, hekk kif fit-62 minuta Hibernians ingħataw pe­nalty huma wkoll li minnu Joseph Mbong xeħet fix-xibka b’xutt fil-baxxa.

Fl-aħħar fażi tal-partita, Hibernians ikkontrollaw taj­jeb il-vantaġġ biex finalment ħadu dak li riedu.

Balzan: Dylan Ciappara, Nikola Doric, Samir Arab (Jake Portelli 67), Yuel Kuach (Mohammed Yahaya 67), Nicholas Pulis, Lucas Macula, Dimsisi Awosanya, Amiel Guehi, Ederson Bruno Domingos (Rosiel Pereira Da Silva 67), Nikola Ignjatovic, Leoanardo Da Silva Feraanades – Coach: Andrew Cohen

Hibernians: Matteo Cardinali, Mortitz Romling, Alfred Silas, Kurt Shaw, Joseph Essien Mbong, Joy Mickels (Alex Sobczyk 66), Bjorn Kristensen, Dexter Xuereb (Matthew Ellul 83), Leandro Lautaro Lacunza, Jayden Roe (Fabian Jankovic 89), Mouad El Fanis (Khevin Rodrigo Fraga 66)   – Coach:Tugberk Tanrivermis

Referee: Daniel Casha

assistenti: Mitchell Scerri, Robert Curtis

Raba’ Uff.: Vladimir Rizoski

Skorers: D. Awosanya 13 (B), M. Romling 51, J. E. Mbong 62 pen (H)

Ammoniti: A. Guehi, L. Macula (B)

Player tal-Logħba: Moritz Romling (Hibernians)

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here