Barcelona rritornaw għar-rebħ bil-kbir meta għelbu lil Alaves bl-iskor ta’ 6-1 biex żammew posthom fil-quċċata tal-La Liga.
Wara t-telfa kontra Real Madrid fl-El Clasico, it-team immexxi mill-coach, Hansi Flick, irreaġixxa bl-aħjar mod, b’Fermin Lopez u Raphinha jispikkaw fl-ewwel taqsima.
Raphinha (8, 41) skorja darbtejn, filwaqt li Fermin Lopez (23) u Lamine Yamal (45) żiedu goal kull wieħed biex Barcelona daħlu jistrieħu fil-vantaġġ ta’ erba’ goals.
Yamal (64) skorja l-ħames goal għall-Katalani u t-tieni wieħed tiegħu qabel ma’ Anthony Gordon (81) għamilhom sitta.
Imbagħad, Mariano Diaz (84) skorja l-goal ta’ konsolazzjoni għal Alaves, li komplew is-sensiela negattiva ta’ seba’ partiti mingħajr rebħa.





