Sunday, November 1, 2026
Home Sport Serie A: Diego Moreira protagonista għal Milan fir-rebħa fuq Inter

Serie A: Diego Moreira protagonista għal Milan fir-rebħa fuq Inter

0
52

Milan għelbu lil Inter bl-iskor ta’  3-1 fid-Derby della Madonnina, biex komplew ikabbru s-sensiela għal tmien partiti nfila kontra n-Nerazzurri.

Diego Moreira kien il-protagonista ewlieni, b’żewġ assists u goal mill-isbaħ minn freekick qabel il-mistrieħ. 

Christian Pulisic fetaħ l-iskor wara biss erba’ minuti, filwaqt li Adrien Rabiot irdoppja sitt minuti wara. 

Alessandro Bastoni (22) naqqas id-distakk għal Inter, iżda Moreira (43) għamilhom 3-1 żewġ minuti minn tmiem l-ewwel taqsima.

Wara l-mistrieħ, Milan baqgħu organizzati u kkontrollaw l-attakki avversarji. Din kienet l-ewwel telfa ta’ Inter fil-kampjonat dan l-istaġun, u Milan jinsabu erba’ punti biss warajhom.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here