Sunday, November 1, 2026
Home Sport Lewis Hamilton jikseb l-ewwel pole position tiegħu mal-Ferrari … u għall-Gran Prix...

Lewis Hamilton jikseb l-ewwel pole position tiegħu mal-Ferrari … u għall-Gran Prix tal-Messiku

0
54

Lewis Hamilton kiseb pole position memorabbli għall-Grand Prix tal-Messiku wara li għamel dawra mill-aqwa fl-aħħar sessjoni tal-kwalifikazzjoni fiċ-ċirkwit Autodromo Hermanos Rodríguez.

Is-seba’ darbiet champion tad-dinja rreġistra ħin ta’ minuta u 16.514 sekondi, biex għeleb lis-sewwieq tal-Mercedes George Russell b’distakk ta’ 0.009 sekondi biss. Sieħbu fit-team tal-Ferrari, Charles Leclerc, kiseb it-tielet post, biex it-team Taljan kiseb pożizzjoni mill-aqwa għall-bidu tat-tiġrija.

Din kienet l-ewwel pole position għal Hamilton mill-2023 u l-ewwel waħda minn meta ngħaqad mal-Ferrari. Kienet ukoll il-105 pole position fil-karriera tiegħu fil-Formula 1.

Ta’ 41 sena, Hamilton sar l-eqdem sewwieq li kiseb pole position fi Grand Prix mill-1982, meta kien irnexxielu jagħmel dan Mario Andretti. Max Verstappen kiseb ir-raba’ post, quddiem il-leader tal-klassifika Kimi Antonelli.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here