Monday, December 23, 2024

Il-clubs tal-Premier League jivvutaw favur il-VAR

Aqra wkoll

Il-clubs tal-Premier League vvu­taw b’19-1 favur li jinżammu l-Video Assistant Referees (VAR) fl-istaġun li ġej.

Wolves wasslu għal votazzjoni dwar l-użu tal-VAR fl-istaġun 2024-25 wara li f’Mejju ssottomettew riżoluzzjoni formali lill-Premier League.

Sabiex il-VAR tiġi skrappjata, 14 mill-20 club tal-Premier kellhom bżonn jivvutaw favur li jsir dan.

Madankollu, huwa mifhum li Wolves naqsu milli jiksbu appoġġ fil-Laqgħa Ġenerali Annwali li saret ilbieraħ.

Il-Premier League ġie taħt pressjoni dejjem akbar biex jimmodifika l-VAR, li ġie ntrodott fil-bidu tal-istaġun 2019-20.

Fil-laqgħa ġie affermat mill-ġdid li l-offsides semi-awtomatiċi se jiġu introdotti f’xi ħin fil-ħarifa, filwaqt li l-Premier League kkonferma li l-avviżi tal-VAR fil-logħba se jiddaħħlu fis-seħħ.

L-avviżi fil-logħba, li ntużaw waqt it-Tazza tad-Dinja tan-nisa tal-2023, se jaraw lir-referees jis­pjegaw deċiżjonijiet ta’ wara l-VAR lill-partitarji fl-istadiums.

Wolves qajmu mozzjoni wara li sensiela ta’ deċiżjonijiet marru kontra t-team ta’ Gary O’Neil fl-istaġun li għadda.

Il-club tal-Midlands elenka di­sa’ raġunijiet biex jappoġġja l-proposta tiegħu li jipprojbixxi l-VAR, inkluż l-impatt fuq iċ-ċe­lebrazzjonijiet tal-goals, l-ostilità lejn l-uffiċjali tal-partita u t-tul ta’ żmien meħtieġ biex jittieħdu d-deċiżjonijiet.

Ekonomija

Sport