Wednesday, July 24, 2024

Il-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono tagħti ġieħ lill-vittmi tas-Sette Giugno

Aqra wkoll


Waqt ċerimonja ta’ dalgħodu, l-Eċċellenza tagħha l-Presidnet Myriam Spiteri Debono qegħdet kuruna tal-fjuri fuq il-monument tas-Sette Giugno, li jinsab f’Misraħ San Ġorġ fil-Belt Valletta.

Dan hekk kif pajjiżna llum qed ifakkar l-105 anniverarju mindu l-Maltin irvellaw kontra l-Ingliżi minħabba l-qagħda soċjali ħażina li kienu fiha. Spiteri Debono kienet akkumpanjata miċ-Chairperson tal-Kumitat Festi Nazzjonali u s-Sindku tal-Belt Valletta u waqt l-istess ċerimonja ħadu sehem ukoll -istakkament tal-Forzi Armati ta’ Malta.

Fil-ġlied li kien inqala’ tilfu ħajjithom erbat irġiel – Ġużeppi Bajada, Wenzu Dyer, Manuel Attard u Karmenu Abela. L-erba’ vittmi jinsabu midfuna f’qabar fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata.

Ekonomija

Sport