Wednesday, November 11, 2026
Home Sport Il-coach Dirk Kuyt iħalli lil Fenerbahce wara r-rebħa memorabbli ta’ 3-2 fuq...

Il-coach Dirk Kuyt iħalli lil Fenerbahce wara r-rebħa memorabbli ta’ 3-2 fuq l-eks team tiegħu Liverpool

0
32

Dirk Kuyt temm l-esperjenza tiegħu ma’ Fenerbahce, ġimgħa biss wara li mexxa lit-team Tork għal rebħa impressjonanti ta’ 3-2 kontra l-eks team tiegħu Liverpool, fil-UEFA Champions League. 

L-eks internazzjonali Olandiż kien irritorna mal-club f’Lulju, wara li kien lagħab miegħu bejn l-2012 u l-2015, u ngħaqad mal-istaff tekniku ta’ Ismail Kartal. Wara t-tluq ta’ Kartal, Kuyt ħa t-tmexxija tat-team proviżorjament. 

L-akbar suċċess tiegħu wasal fir-rebħa kontra Liverpool f’Istanbul, meta Vedat Muriqi skorja l-goal deċiżiv fit-80 minuta. 

Madankollu, Fenerbahce kienu diġà laħaq ftehim ma’ Emre Belozoglu biex jieħu t-tmexxija tat-team. 

Il-club irringrazzja lil Kuyt għall-kontribut, l-impenn u d-dedikazzjoni tiegħu, kemm bħala player kif ukoll bħala membru tal-istaff tekniku.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here