Il-coach nazzjonali tal-Arġentina, Lionel Scaloni, qal li Lionel Messi jkun milqugħ tajjeb jekk fil-futur jingħaqad mal-istaff tekniku tiegħu wara li jtemm il-karriera bħala player.
Scaloni wera li jkun kuntent jaħdem mal-eks captain Arġentin, speċjalment wara t-tluq mistenni tal-assistent coach, Walter Samuel, fi tmiem l-2026.
Madankollu, Scaloni jemmen li Messi għad għandu diversi snin oħra x’jilgħab u jista’ jibqa’ attiv lil hinn mill-2030.
Messi, 39 sena, għamel 208 dehra internazzjonali mal-Arġentina li fihom skorja 126 goal. Huwa mexxa lil pajjiżu għar-rebħ tat-Tazza tad-Dinja tal-2022 u żewġ titli tal-Copa America taħt it-tmexxija ta’ Scaloni.
Għalkemm il-possibbiltà li jingħaqad mal-istaff tekniku tibqa’ miftuħa, Messi fil-passat wera interess aktar fil-management sportiv milli fil-coaching.




