Saturday, May 4, 2024

Il-Covid-19 itella’ l-qgħad għal-livelli tal-2015

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Kemm il-Covid19 affettwa d-dinja tax-xogħol tikkonfermaha l-istatistika uffiċjali hekk kif l-aħħar ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) juru li f’Settembru li għadda laħaq il-livelli tal-2015.

L-istatistika turi li mill-2013 ‘il hawn in-numru ta’ dawk jirreġistraw għax-xogħol dejjem baqa’ nieżel, għal xi perjodi fejn tela’ ftit qabel reġa’ naqas, din is-sena kien hemm żieda kbira li tista’ tiġi attribwita għall-pandemija.

Fil-fatt waqt li f’Settembru 2019 kien hemm 1,668 jirreġistraw għax-xogħol, fl-istess xahar ta’ din is-sena n-numru tela għal 3,385 jew aħjar żieda ta’ 1,717 persuna.

L-ikbar żieda innutata mill-NSO kienet fost dawk li kienu ilhom jirreġistraw bejn 21 u 52 ġimgħa mentri naqsu dawk li kienu ilhom aktar minn sena jirreġistraw għax-xogħol.

Sport