Saturday, December 21, 2024

“Il-Covid-19 kważi qatlitni”

Aqra wkoll

Iż-żagħżugħ Malti li jgħix Spanja jiddeskrivi l-esperjenza tiegħu

“Il-Covid-19 għodda qatlitni.” Hekk qal żagħżugħ Malti li fl-aħħar jiem kien rikoverat fi Spanja wara li ġie infettat bil-coronavirus.

Iż-żagħżugħ, tenna li filwaqt li jsegwi ħajja sana u m’għandu l-ebda kundizzjoni medika oħra, il-virus tal-Covid-19 wasslu biex ikun kważi paralizzat kaġun tad-deni. Apparti dan huwa żied jgħid li anke kellu bżonn il-ħtieġa li jingħata l-ossiġnu l-ħin kollu.

“Miniex invinċibbli. Int mintix invinċibbli. In-nies ta’ madwarek mhumiex invinċibbli. Aħna lkoll vulnerabbli,” saħaq iż-żagħżugħ.

Huwa żied jgħid li s-sistemi tal-kura tas-saħħa madwar id-dinja kollha qed isibuha diffiċli li jlaħħqu mas-sitwazzjoni u wħud anke saħansitra qed jikkollassaw. “Eluf qed imutu kuljum u nafu għadna ’l bogħod biex l-agħar tas-sitwazzjoni tgħaddi,” huwa żied jgħid.

Fl-istess waqt faħħar id-dedikazzjoni u s-sagrifiċċji li qed jagħmlu l-ħaddiema fis-settur tas-saħħa, b’ħafna minnhom anke huma jispiċċaw jiġu infettati bil-virus qattiel.

“Dawn jistħoqqilhom r-rispett u l-appoġġ tagħna,” huwa żied jgħid filwaqt li appella biex nisimgħu mill-pariri li qed jagħtuna u nibqgħu d-dar.

“Dan mhux iż-żmien li wieħed jaħseb fih innifsu. Dan huwa ż-żmien li wieħed jagħmel sagrifiċċju għall-ġid komuni,” temm jgħid iż-żagħżugħ.

Ekonomija

Sport