Saturday, December 21, 2024

Il-Eurostat tikkonferma li l-inflazzjoni f’pajjiżna baqgħet taħt il-medja taż-żona ewro

Aqra wkoll

Statistika ppubblikat mill-uffiċċju tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea, il-Eurostat turi li ir-rata ta’ inflazzjoni, matul ix-xahar ta’ April ta’ din is-sena, reġgħet lura għal taħt il-medja fiż-Żona Ewro.

L-istess statistika turi kif ir-rata ta’ inflazzjoni f’pajjiżna fix-xahar ta’ April kienet ta’ 2.3%, waqt li r-rata ta’ medja ta’ inflazzjoni fiż-Żona Ewro kienet ta’ 2.4%.

L-istess ċifri jikkonfermaw li l-inizjattiva ‘Stabbiltà’, li daħlet fi Frar li għadda għenet sabiex ir-rata tal-inflazzjoni tonqos sew, għat-tielet xahar konsekuttiv.

L-inizjattiva, li saret wara t-tielet patt soċjali bejn il-Gvern, l-importaturi u l-ħwienet, rat il-prezzijiet ta’ aktar minn 450 prodott tal-ikel essenzjali jorħsu b’mill-inqas ħmistax fil-mija kif se jibqgħu stabbli sa Ottubru li ġej.

Dan hekk kif, f’Jannar li għadda, qabel bdiet l-inizjattiva ‘Stabbiltà’, ir-rata tal-inflazzjoni kienet ta’ 3.7%.

Ekonomija

Sport