Monday, May 20, 2024

Jammetti li seraq minn diversi karozzi biex isostni l-vizzju tad-droga

Aqra wkoll

Leandros Micallef ta’ 39 sena residenti Bormla ammetta quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech li kien seraq minn 6 karozzi f’Raħal Ġdid u minn Ħaż-Żabbar.

Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Keith Rizzo qalet li hu kien wettaq dawn is-serqiet biex ikun jista’ isostni l-vizzju tad-droga.

L-Ispettur qal li r-raġel kemm-il darba nstab ħati ta’ serq, iżda fl-istess waqt qal li hu dejjem ikkopera mal-Pulizija.

Min-naħa tiegħu l-avukat difensur Thomas Barbara Sant talab lill-Qorti biex tikkunsidra li r-raġel għandu bżonn l-għajnuna biex ikisser dan iċ-ċiklu vizzjuż.

Il-Maġistrat qalet li kien se tkun qiegħda tagħti s-sentenza nhar it-Tlieta li ġej.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport