Bħala turija ta’ rispett lejn is-Sur Joseph Ellul u l-familja tiegħu, l-faċilitajiet kollha tal-WasteServ, inkluż iċ-Ċentri għall-Iskart Goff, f’Malta u Għawdex ser ikunu magħluqa bejn is-1:30 p.m u t-3:30 p.m nhar it-Tnejn 16 ta’ Mejju.
L-inċineratur fil-Marsa fejn Ellul traġikament tilef ħajtu, se jkun qed jagħlaq ukoll fis-1:30 p.m u jibqa’ magħluq sas-6:30p.m.
Il-WasteServ qiegħda titlob għall-koperazzjoni tal-pubbliku matul dan iż-żmien sabiex Ellul jingħata l-aħħar tislima li tixraqlu.