Wednesday, April 24, 2024

Il-fattigi fl-iskejjel jiżdiedu b’40%

Aqra wkoll

L-awtoritajiet tal-edukazzjoni żiedu n-numru ta’ fattigi fl-iskejjel tal-Istat b’40% f’tentattiv li tinżamm iktar l-indafa fl-isfond tas-sitwazzjoni relatata mal-pandemija.

L-iskejjel tal-Istat, u anke dawk tal-Knisja, fetħu għall-għalliema mill-bidu ta’ din il-ġimgħa biex iħejju għall-istudenti li se jibdew jidħlu mis-7 ta’ Ottubru mentri fost dawk privati kien hemm diġà laqa’ l-ewwel studenti.

Iż-żieda fil-fattigi hija meħtieġa biex l-iskejjel tal-Istati iżommu mal-protokolli mħabbra mill-awtoritajiet tas-saħħa li qed jesiġu tindif regolari ħalli tiġi mħarrsa saħħet l-istudenti u l-istaff.

Fil-107 skola tal-Istat se jkun hemm ukoll uffiċjal tas-sigurtà li se jieħu t-temperatura tal-istudenti u l-istaff qabel jidħlu u f’każ li student jinstab b’temperatura għolja jinżamm f’kamra apposta u jiġu ikkuntattjati l-ġenituri.

Sport