Wednesday, April 24, 2024

Il-festa ta’ San Publiju tiftaħ l-istaġun tal-festi

Aqra wkoll

Fil-Furjana, dalgħodu saret il-quddiesa li ċċelebrat il-festa titulari ta’ San Publiju. Din il-festa kienet ferm mistennija minħabba n-nuqqas tagħha għal dawn l-aħħar sentejn kaġun tal-firxa tal-virus tal-Covid-19.

Iċ-ċelebrazzjoni fil-Knisja ta’ San Publiju tmexxiet minn Monsinjur Arċisqof Charles Scicluna. Preżenti wkoll, il-President ta’ Malta George Vella, deputati u anke membri tal-Kunsill Lokali, fost persuni distinti oħra.

Aktar tard illejla jintlaħaq il-qofol taċ-ċelebrazzjonijiet bil-purcissjoni mat-toroq tal-lokalità li ġew imżejna b’armar mill-isbaħ għall-okkażżjoni.

Ma setax jonqos li bħala parti mit-tradizzjonijiet jintramaw bankarelli bl-ikel tradizzjonali Malti relatat ma’ dawn iż-żminijiet ta’ festi.

Sport